Left arrow Go Back

Impenn tal-Gvern biex ikompli jsaħħaħ is-settur tal-vitikultura u l-produzzjoni ta’ inbejjed ta’ kwalita`

pr1170
Date Icon 14/08/2008
Il-Gvern huwa impenjat li jkompli jsaħħaħis-settur tal-vitikultura.  Minbarra l-investiment li diġa` sar fis-snin li għaddew, il-Gvern ser jagħmel żewġ tibdiliet importanti bl-iskop li jkompli jgħin lis-settur biex ikompli jipproduċi biżżejjed għeneb ta’ kwalita` li jmur għall-produzzjoni ta’ inbejjed Maltin.  Dan tħabbar mill-Ministru għar-Riżorsi u l-Affarijiet Rurali George Pullicino meta dalgħodu żar dwieli tal-familja Cortis fil-limiti tar-Rabat, fi żmien meta bħalissa għaddej il-qtugħ tal-għeneb għall-għasir.
Il-Ministru Pullicino ħabbar li mis-sena ta’produzzjoni ta’ l-inbid 2009, is-sussidju fuq l-għeneb li jiġi mdaħħal il-Pitkalija ser jitwaqqaf.  Hu fakkar li min ikabbar l-għeneb xorta ser jibqa’ jieħu l-għajnuna addizzjonali ta’ €81.53 (Lm35) it-tomna, u dan japplika kemm għat-tkabbir ta’ għeneb tal-għasir kif ukoll għat-tkabbir ta’ għeneb tal-mejda.
Hu qal li din il-miżura għandha tneħħid-diskriminazzjoni kontra dawk il-bdiewa li jwasslu l-għeneb tagħhom għand l-għassara, u tinċentiva aktar bdiewa biex iwasslu iktar għeneb għand l-għassara.  Hu tenna li fl-istess waqt, din il-miżura għandha tipproteġi s-suq tal-għeneb tal-mejda billi jinżamm prezz xieraq.
Hu ħabbar ukoll li ser tiġi mfassla uippubblikata emenda ta’ l-Avviż Legali 190 ta’ 2006 - Regolamenti ta’ l-2006 dwar id-Denominażżjoni ta’ l-Oriġini u ta’ Indikazzjonijiet Ġeografiċi – biex indikazzjonijiet jew pictorials li jagħmlu referenza għal postijiet jew landmarks f’Malta u Għawdex jintużaw biss fuq it-tikketta ta’ l-inbejjed D.O.K. u I.Ġ.T.  Il-Ministru George Pullicino fakkar kif matul is-sena li għaddiet feġġew fuq is-suq inbejjed ta’ barra b’Indikazzjoni Ġeografika (mill-Italja u Spanja) bottiljati hawn Malta.  Dawn fuq it-tikketta tagħhom għandhom serje ta’ indikazzjonijiet u stampi ta’ diversi postijiet f’Malta u Għawdex li permezz tagħhom il-konsumatur jista’ jiġi ngannat billi jaħseb li huwa inbid ta’ Malta.
Hu qal li din il-miżura, li ser tidħolfis-seħħ mis-sena ta’ produzzjoni ta’ l-inbid 2009, għandha tipproteġi lill-konsumatur u tuża riżorsi kulturali, storici u ta’ wirt nazzjonali f’pajjiżna għal prodott li huwa tassew Malti jew Għawdxi.
Il-Ministru Pullicino fakkar kifmill-programm ta’ għajnuna għall-biedja Maltija maqbul ma’ l-Unjoni Ewropea, mill-2001 sal-2014 ġew allokati fondi li jlaħħqu €5,823,433.50 (Lm2.5 miljuni) li marru bħala għajnuna finanzjarja għat-taħwil ta’ dwieli ġodda u għajnuna addizjonali li tingħata kemm għall-għeneb tal-għasir kif ukoll għall-għeneb tal-mejda.  Pullicino żied jgħid li dawn l-iskemi kienu ta’ suċċess tant li l-ammont ta’ art iddedikata għall-koltivazzjoni tad-dwieli żdiedet minn madwar 340 ettaru fl-2001 għal madwar 950 ettaru llum.
George Pullicino qal li dan is-suċċess huwadovut kemm għall-investiment finanzjarju li sar mill-Gvern u l-bdiewa kif ukoll mill-produtturi ta’ l-inbid li investew kemm fil-vitikoltura kif ukoll fil-kantina tagħhom biex illum il-konsumaturi jistgħu jgawdu inbejjed ta’ kwalita`.  Hu fakkar kif is-sena l-oħra tnehdew żewġ skemi ta’ kwalita` – dik tad-Denominażżjoni ta’ Oriġini Kontrollata (DOK) u dik ta’ l-Indikażżjoni Ġeografika Tipika (IĠT).  Pullicino qal li sa llum għandna ċertifikati ta’ 43 inbid DOK u 13-il inbid  IĠT.  Dan minbarra numru ta’ nbejjed oħrajn li għadhom qed jistennew ċertifikazzjoni.

Il-Ministru George Pullicino irringrażżja lis-Soċjeta` Vitikultura tal-ħidma tagħha u ta’ l-impenn biex l-inbid Malti jkompli jikseb is-suċċessi u jingħata l-għarfien li jixraqlu.  Hu saħaq li l-Gvern ukoll huwa impenjat li jsaħħaħ lil dan is-settur, kif kien ikkonfermat ukoll bit-tnehdija tal-website www.maltaqualitywines.com u t-twaqqif ta’ kumitat li jippromwovi l-prodott lokali, inkluż l-inbid.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  Il-Prim Ministru Robert Abela jinawgura investiment ta’ €12-il miljun f’lukanda oħra ta’ lussu

PR261975

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU Il-Prim Ministru Robert Abela ji...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAL GĦAWDEX  Il-Ministru għal Għawdex Clint Camilleri jinħatar Viċi President tas-CPMR għall-Affarijiet Marittimi

PR261974

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAL GĦAWDEX Il-Ministru għal Għawdex Clint Camil...

More Press Releases Right arrow