Left arrow Go Back

36% tal-proġetti t’investiment barrani approvati fl-2006 kienu fil-qasam ta’ l-ICT

PR0886
Date Icon 14/06/2007

36% tal-proġetti t’investiment barrani approvati fl-2006 kienu fil-qasam ta’ l-ICT, xhieda ta’ l-importanza tas-settur tat-teknoloġija ta’ l-informazzjoni li sar pilastru ewlieni tal-ekonomija Maltija. Dan qalu l-Ministru Austin Gatt, meta kien qed jindirizza s-sessjoni tal-Kunsill Konsultattiv dwar is-Soċjeta ta’ l-Informazzjoni (NISCO) li kellu t-tema ICT Industry – Sustaining the Country’s Attractiveness.  

Waqt din is-sessjoni ġie pprezentat stħarriġ li sar minn Ernst and Young, liema studju ġie mfisser mill-Minsitru Gatt bħala importanti ħafna fid-dawl ta’ fejn irridu nkunu ‘għada’ f’dan is-settur li tant sar importanti għall-ekonomija Maltija.  

Il-Ministru Austin Gatt spjega l-importanza li nkunu kapaċi nikkompetu f’settur fejn il-kompetittività ta’ pajjizna hija fundamentali biex inkomplu nattiraw aktar investiment f’dan il-qasam. Huwa spjega li dan l-istudju m’huwiex skill gap analysis,  liema studju sar mill-KPMG u ġie pubblikat fil-ġimgħat li għaddew. Dan huwa studju mmirat biex jidentifika x’inhuma dawk l-aspetti li rridu nsaħħu biex pajjizna jtejjeb l-offerta tiegħu għall-investituri li qed ifittxu fejn jinvestu jew jespandu l-operat tagħhom.  

Huwa qal li ħafna drabi, l-iktar aspett li niffokaw dwaru, huwa l-aspett tar-rizorsi umani, aspett li hu importanti u li qed juri li d-diversi players fis-settur qed jirreaġixxu sew għall-ħtiġijiet tal-industrija. F’dan il-kuntest huwa semma l-fatt li l-Università issa ser ikollha l-fakultà tal-IT, u l-mod kif l-MCAST jirrispondi għall-ħtiġijiet li titlob l-industrija bħala xhieda tal-mod kif anke is-settur ta’ l-edukazzjoni qed jiviluppa.  

Il-Ministru Austin Gatt ħabbar ukoll li l-kabinett approva il-ħolqien ta’ Vendor Driven Academies li għandhom iwasslu għall-sħubija diretta ma’ l-industrija fejn il-Gvern jaħdem biex jiġi pprovdut it-taħriġ għall-ħtiġijiet speċifiċi ta’ kumpaniji partikolari li minn naħa tagħhom iridu jiggarantixxu għall-perjodu ta’ zmien l-impjieg ta’ dawk li jiġu mħarrġa.  

Il-Ministru Gatt spjega pero’, li mhux l-aspett tar-rizorsi umani biss li huwa importanti. Biex inkomplu nkunu kompettivi, irridu wkoll li jkollna infrastruttura teknoloġika li trid tiġi msaħħa u fl-istess waqt tkun affordable għall-industrija. Hemm ukoll l-aspetti marbutin ma’ l-ambjent kummerċjali u industrijali tas-settur, l-ispiza tax-xogħol u spejjez oħra tan-negozju kif ukoll l-inċentivi fiskali li wkoll huma aspetti importanti u relevanti għall-pajjizna.  

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR GOZO    Infringement proceedings concerning the Finch Research Derogation

PR261965en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR GOZO Infringement proceedings concerni...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAL GĦAWDEX   Proċeduri ta’ ksur dwar id-deroga għar-riċerka dwar l-għasafar tal-għana

PR261965

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAL GĦAWDEX Proċeduri ta’ ksur dwar id-deroga g...

More Press Releases Right arrow