Aktar fondi għall-AWTORITA’ GĦAT-TURIŻMU TA’ MALTA
Bi tkomplija ta’ diskussjonijiet li bdew f’Ottubru li għadda bejn il-Ministeru tal-Finanzi u l-Ministeru għat-Turiżmu u Kultura, illum iż-żewġ Ministeri ħabbru li se jingħataw il-fondi addizzjonali meħtieġa lill-Awtorità għat-Turiżmu ta’ Malta sabiex din tkun tista’ tkopri l-ħtiġiet tagħha biex tkompli tmexxi ’l quddiem l-inizjattivi li ħadet fuq pjan nazzjonali f’dawn l-aħħar xhur u oħrajn li ser tkun qed tieħu fix-xhur li ġejjin.
Uħud minn dawn il-miżuri, partikolarment il-kampanji pubbliċitarji fis-swieq ġodda bħal Spanja u l-għajnuna għar-rotot ġodda lejn Malta, diġa bdew iħallu frott.
Miżuri oħrajn, bħall-ingaġġ tal-kumpanija internazzjonali Media Consulta, mistennija li jiġġeneraw tkabbir fit-turiżmu fix-xhur li ġejjin.
Other Press Releases:
PR261965en
PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR GOZO Infringement proceedings concerni...
PR261965