Wirja b’tema marittima fil-Mużew Marittimu
Fil-Mużew Marittimu l-Birgu ser tittella’ wirja b’tema marittima f’tarf is-sena 2008 u li ser tibqa’ testendi sas-sena 2009 biex tikkoinċidi mal-Presidenza Svediża ta’ l-Unjoni Ewropea.
L-Ambaxxatur Svediż għal Malta Fredrik Vahlquist kien strumentali biex dan il-wirja tkun tista’ ssir u biex inkiseb sponsorship biex dan il-ħsieb iseħħ.
Il-Ministru għat-Turiżmu u Kultura Francis Zammit Dimech nieda dan il-proġett waqt konferenza ta’ l-aħbarijiet li saret fl-uffiċji ta’ Heritage Malta, l-Belt Valletta. Il-konferenza kienet ukoll indirizzata minn Mario Tabone, Chairman ta’ Heritage Malta.
“Kemm Malta kif ukoll l-Isvezja huma nazzjonijiet marittimi. Għalhekk il-kuntatti li qed jiġu stabbiliti bejn Malta u l-belt ta’ Kalskrona fl-Isvezja għandhom ikomplu jikkontribwixxu biex inkattru r-relazzjonijiet bejn iż-żewġ nazzjonijiet.
Għalkemm Malta tinsab fin-nofsinhar ta’ l-Ewropa u l-Isvezja fit-tramuntana, it-tnejn huma pajjiżi membri ta’ l-Unjoni Ewropea u għalhekk jistgħu jgħinu lejn li jitkattru r-relazzjonijiet bejn il-pajjiżi tan-Nord u tas-Sud ta’ l-Ewropa.”
Dan tennieħ il-Ministru Zammit Dimech li żied igħid li bħal belt Valletta, Kalskrona kienet belt ta’ wirt dinji u li għalhekk kien iqis bħala pożittiv il-pjani li hemm biex isir ftehim ta’ ġemellaġġ bejn iż-żewġt ibliet.
Il-Ministru għat-Turiżmu u Kultura qal li l-wirja b’tema marittima, imtella’ b’għajnuna mill-Isvezja, kienet ser tikkontribwixxi biex pajjiżna jsir aktar magħruf fil-pajjiżi tat-tramuntana li jistgħu jkunu sors importanti ta’ turiżmu lejn Malta.
Hu qal li l-possibilta’ li titqiegħed replika ta’ artefatt mill-preistorja ta’ Malta biex tintwera f’mużew importanti fl-Isvezja, għandha tkun mezz importanti għall-promozzjoni ta’ pajjiżna.
Il-Ministru Zammit Dimech irringrazzja lill-Ambaxxatur Vahlquist għall-għajnuna tiegħu u lil Skanska li kienet qed tikkontribwixxi finanzjarjament biex dan il-proġett isir realta’.
Other Press Releases:
PR261965en
PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR GOZO Infringement proceedings concerni...
PR261965