Il-Kumitat dwar l-Affarijiet Soċjali jiltaqa’ mal-Professur Edward de Bono
Bħala parti mid-diskussjoni dwar l-Ekonomija ta’ l-Għerf, ir-Riċerka, l-Iżvilupp u l-Innovazzjoni, il-Kumitat dwar l-Affarijiet Soċjali ltaqa’ mal-Professur Dr Edward de Bono, studjuż internazzjonali Malti, li għamel riċerka estensiva fuq il-ħsieb kreattiv.
F’din il-laqgħa l-Membri ddiskutew kif din l-għodda tal-ħsieb tista’ tgħin fl-iżvilupp tal-pajjiż. Il-Professur de Bono spjega kif ir-riċerka li huwa għamel għenet pajjiżi u organizzazzjonijiet differenti sabiex jaħsbu b’mod alternattiv u sistematiku. B’hekk setgħu jkollhom storja ta’ suċċess.
Wara l-laqgħa, il-Prof de Bono ppreżenta ċertifikati lill-Membri Parlamentari u impjegati tal-Parlament li attendew kors fuq il-ħsieb kreattiv. Il-kors, flimkien maż-żjara ta’ Prof de Bono kienu possibbli permezz ta’ The World Centre For New Thinking and Minding International.
Il-laqgħa tmexxiet mill-Onor Clyde Puli, Chairman tal-Kumitat dwar l-Affarijiet Soċjali. Preżenti għal-laqgħa kien hemm l-Onor Carmelo Abela, l-Onor Frederick Azzopardi, l-Onor Jason Azzopardi, l-Onor David Agius, l-Onor Franco Galea u l-Onor Michael Gonzi.
Other Press Releases:
PR261965en
PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR GOZO Infringement proceedings concerni...
PR261965