Left arrow Go Back

IL-KAMRA TAL-KUMMERĊ TISTENNA ŻVILUPP QAWWI FIL-KUMMERĊ MAĊ-ĊINA WARA Ż-ŻJARA TAL-MINISTRU FRENDO

PR0840
Date Icon 06/06/2007

Is-Sur Charles Mercieca, Viċi President tal-Kamra tal-Kummerċ kellu taħditiet dwar kooperazzjoni ma’ organizazzjonijiet Ċiniżi fil-qasam tal-kummerċ, waqt żjara li għamel f’Beijing u Shangai bħala parti minn delegazzjoni Maltija, immexxija mill-Ministru għall-Affarijiet Barranin, Michael Frendo, li żaret iċ-Ċina bejn l-24 u t-28 ta’ Mejju. 

Bħala rappreżentant tal-Kamra tal-Kummerċ, Charles Mericeca kien parti mid-delegazzjoni uffiċjali mmexxija mill-Ministru Frendo.  Hu kien akkumpanjat ukoll minn delegazzjoni kummerċjali komposta minn rappreżentanti ta’ 39 kumpannija u organizazzjonijiet Maltin. 

Flimkien ma’ l-Ambaxxatur Malti fiċ-Ċina Karl Xuereb, Charles Mercieca ltaqa’ ma’ Yu Ping, Viċi Chairman tal-Kunsill għall-Promozzjoni tal-Kummerċ Internazzjonali (CCPIT) u flimkien qablu li jibdew negozjati għal Memorandum of Undersanding bejn il-Kamra tal-Kummerċ Maltija u s-CCPIT. 

Barra minn dan, Mercieca ltaqa’ ma’ Ian Kay, Segretarju Ġenerali tal-Kamra tal-Kummerċ EU-Ċina; ma’ Guy Dru Drury, Kap tal-Konfederazzjoni ta’ l-Industrji Ingliżi; ma’ Brian Outlaw, Direttur tal-Kunsill tan-Negozju Ċiniż u ma’ Chris Baron, Direttur Maniġerjali tal-Kamra tal-Kummerċ Ingliża-Ċiniża. 

Wara l-mawra fiċ-Ċina, Charles Mercieca qal li din iż-żjara hi pass kbir ’l quddiem fir-relazzjonijiet kummerċjali bejn Malta u ċ-Ċina u jħossu żgur li se sservi għal ħafna negozju bejn kumpanniji Maltin u Ċiniżi.  Il-pożizzjoni strateġika ta’ Malta bħala ċentru loġistiku u kummerċjali għal prodotti Ċiniżi hija fundamentali u għandha tkompli ssaħħaħ ir-relazzjonijiet kummerċjali bejn iż-żewġ pajjiżi. 

Min-naħa, l-Ambaxxatur ta’ Malta fiċ-Ċina, Karl Xuereb qal li jittama li ż-żjara tal-Ministru Frendo u l-promozzjoni tal-kummerċ Malti fiċ-Ċina bħala riżultat ta’ din iż-żjara, se jħallu frott. L-indikazzjonijiet huma pożittivi li l-isforzi tal-Kamra tal-Kummerċ Maltija li tfittex modi kif tista’ tgħin  biex jiżviluppa l-kummerċ bejn iż-żewġ pajjiżi, għandhom isibu kull appoġġ.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR GOZO    Infringement proceedings concerning the Finch Research Derogation

PR261965en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR GOZO Infringement proceedings concerni...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAL GĦAWDEX   Proċeduri ta’ ksur dwar id-deroga għar-riċerka dwar l-għasafar tal-għana

PR261965

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAL GĦAWDEX Proċeduri ta’ ksur dwar id-deroga g...

More Press Releases Right arrow