Leasing tal-kompjuters għalL-iskejjel pubbliċi u għall-Gvern - Sejħa lill-MLP biex jinnomina tliet persuni fuq il-kumitati ta’ l-għażla tat-tender
PR0819
03/06/2007
Il-Ministeru għall-Investiment, Industrija u Teknoloġija ta’ l-Informazzjoni qed jippubblika ittra li l-Ministru Austin Gatt bagħat lill-Kelliem Ewlieni Laburista l-Onor. Leo Brincat fejn talbu biex jinnomina tliet persuni tal-fiduċja tiegħu, biex jipparteċipaw fil-kumitati kollha tal-proċess ta’l-għażla tat-tender għal-leasing tal-kompjuters għall-iskejjel pubbliċi u għall-Gvern.
Din l-ittra qed tiġi pubblikata wara n-numru ta’ stqarrijiet li saru mill-Kelliem Laburista u li fihom saru numru ta’ allegazzjonijiet li s’issa ma’ ġewx issostanzjati.
Other Press Releases:
PR261964
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAL GĦAWDEX Fin-Norveġja, il-Ministru Clint Cami...
PR261963en