Left arrow Go Back

Festival ta’ l-Inbid f’San Pawl il-Baħar

PR0816
Date Icon 02/06/2007

‘The St Paul’s Bay Bars & Restaurants Association’ flimkien ma’ Emanuel Delicata Ltd.,  se jorganizzaw Festival ta’ l-Inbid fil-Pjazza ta’ Buġibba nhar is-Sibt, 9 ta’ Ġunju mis-7 ta’ filgħaxija ’l quddiem. 

Fil-Festival ta’ l-Inbid, minbarra l-inbid ser ikun hemm divertiment provdut minn Batista Leisure Group, il-kantant Malcolm Pisani u Spiteri Lucas Band akkumpanjata minn Ludwig Galea. Is-serata ser titmexxa mill-illużjonista Noel D’Amato. Ser ikun hemm ukoll stilt walker u żewġ face painters biex jallegraw lit-tfal li jkunu qed jakkumpanjaw lill-ġenituri tagħhom. 

“Il-Gvern qed jagħti s-sehem tiegħu biex l-inħawi ta’ San Pawl il-Baħar, Buġibba u l-Qawra jiġu mgħejjuna jorganizzaw attivitajiet ħalli jattiraw aktar turisti lejn dawn l-inħawi. Il-MTA għandha maħsuba attività kbira f’dawn l-inħawi  f’Ġunju bl-iskop li jingħata bidu qawwi għall-istaġun tas-Sajf .” 

Dan stqarru l-Ministru għat-Turiżmu u Kultura Francis Zammit Dimech meta nieda l-Festival ta’ l-Inbid organizzat minn St Paul’s Bay Bars and Restaurants Association bil-kollaborazzjoni ta’ Delicata Winery, il-Kunsill Lokali San Pawl il-Baħar u l-MTA. Il-Festival tnieda waqt konferenza ta’ l-aħbarijiet li saret fil-Każin tal-Banda ta’ San Pawl il-Baħar.  

Il-Ministru Zammit Dimech qal li aktar kmieni din is-sena l-Assoċjazzjoni tal-Bars u Ristoranti ta’ San Pawl il-Baħar bl-għajnuna tal-MTA organizzat Easter Monday Parades f’Buġibba u l-Qawra bl-iskop li ssir promozzjoni aħjar ta’ l-inħawi mat-turisti li jżuru l-inħawi. Hu qal li din is-sena wkoll il-Kumitat tal-Karnival fi ħdan il-Ministeru tiegħu kien ta kontribut biex fl-inħawi ikun hemm attivitajiet marbuta mal-Karnival billi irranġa li fil-Ġimgħa tal-Karnival iddoqq mat-toroq ta’ San Pawl il-Baħar il-banda tal-Mellieħa Band Club li ħadet sehem fl-isfilata tal-Belt. 

“Għal dawn is-seba’ snin il-Gvern qed jingħata qrib 855 miljun  euro minn fondi Ewropej, l-parti l-kbira minnhom mill-Fond għall-Iżvilupp Reġjonali. Il-Ministeru tiegħi diġa ħejja pjani dwar kif ser jinvesti Lm3.8 miljun minn dawn il-fondi flimkien ma’ Lm0.6 miljun ta’ fondi tal-Gvern lokali. Nista’ nħabbar li parti sostanzjali minn dawn il-fondi ser imorru għal proġetti fl-inħawi ta’ San Pawl il-Baħar bl-iskop li ngħinu fl-iżvilupp ta’ San Pawl il-Baħar, Buġibba u l-Qawra permezz ta’ proġetti ta’ tisbiħ,” tenna l-Ministru Zammit Dimech. 

Il-Ministru Zammit Dimech qal li l-Gvern kien għamel ukoll analiżi dwar l-akkomodazzjoni fil-gradi ta’ tlieta u żewġ stilel li minnhom kien hemm ħafna f’dawn l-inħawi.  

Il-Ministeru għat-Turiżmu u Kultura stqarr li l-organizazzjoni ta’ dan il-Festival ta’ l-Inbid kien avveniment ieħor f’sensiela ta’ attivitajiet li kienu qed jiġu organizzati f’dawn l-inħawi. Hu tenna li l-Ministeru għat-Turiżmu u Kultura permezz tal-MTA kien ser ikompli jgħin fl-organizazjoni ta’ attivitajiet bħal dawn għaliex kien konvint li San Pawl il-Baħar, Buġibba u l-Qawra kellhom il-potenzjal ta’ ċentru turistiku ewlieni.
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAL GĦAWDEX  Fin-Norveġja, il-Ministru Clint Camilleri jsostni li s-suċċess tal-Istrateġija Ewropea għall-Gżejjer se jitkejjel mir-riżultati li twassal

PR261964

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAL GĦAWDEX Fin-Norveġja, il-Ministru Clint Cami...

PRESS RELEASE BY SERVIZZ.GOV  International Recognition for Servizz.gov and Centrecom

PR261963en

PRESS RELEASE BY SERVIZZ.GOV International Recognition for Servizz.gov and...

More Press Releases Right arrow