Left arrow Go Back

L-ARCISQOF  TA’ MALTA  JŻUR  LILL-BDIEWA FIL-PITKALIJA

PR0805
Date Icon 31/05/2007

“Dawn il-bdiewa, huma l-persuni l-aktar viċin tan-natura u b’hekk jistgħu japprezzaw ħafna aktar il-ħolqien t’Alla.” Din kienet il-frażi li ħarġet minn fomm ir-Ragħaj tal-Knisja Kattolika Maltija hekk kif illum l-Arċisqof ta’ Malta, Mons. Pawlu Cremona, O.P., iltaqa’ mal-Bdiewa fil-Pitkalija, li hu l-post fejn itellgħu l-prodotti tagħhom biex jinbiegħu. 

Din kienet okkażjoni kbira u unika għall-pitkala u l-bdiewa għax kienet l-ewwel darba li Arċisqof żar il-Pitkalija. Mons. Arċisqof Pawlu Cremona kien milqugħ mis-Segretarju Parlamentari  responsabbli mill-Biedja u s-Sajd, l-Onor. Dr. Francis Agius. 

L-Arcisqof Cremona iltaqa’ ukoll ma’ l-amministrazzjoni tal-Pitkalija u anke ma’ dawk li jmexxu l-Koperattivi tal-Bdiewa. 

F’diskors ta’ l-okkazjoni, is-Segretarju Parlamentari Francis Agius irrefera għall-bdiewa bħala gwardjani ta’ l-ambjent u għalkemm f’Malta hawn biss minn wieħed sa tnejn fil-mija tal-popolazzjoni li jaħdmu bħala bdiewa, dawn qed jagħmlu xogħol siewi biex l-ambjent naturali tagħna jkun ikkurat bl-aħjar mod. 

Dr Agius għamel referenza għat-tbatija li jgħaddu minnha l-bdiewa biex ikabbru l-prodotti tagħhom billi dawn ikollhom jaħdmu f’kuntatt dirett ma’ l-elementi tan-natura. Semma d-diffikultajiet li jiltaqgħu magħhom il-bdiewa bħal per eżempju, il-bidla radikali fil-klima u l-mard li jolqot il-prodotti partikolari fl-istaġuni differenti. 

L-Arċisqof Mons. Pawl Cremona, bil-kliem sempliċi u spiritwali irringrazzja lill-bdiewa li b’tant paċenzja u tbatija għadhom qed jieħdu ħsieb b’mod dirett, tal-ħolqien t’Alla. Huwa ħeġġeġ aktar familji, speċjalment bit-tfal biex jiltaqgħu direttament man-natura għax il-ħajja tkun aktar sħiħa.  

Mons. Pawlu Cremona wera apprezzament ukoll għat-tbatija li fiħ dan ix-xogħol u hawnhekk appella biex il-bdiewa bejniethom jgħinu lil xulxin u b’hekk inaqqsu t-tbatija. 

Fi tmiem id-diskorsi tagħhom, is-Segretarju Parlamentari Francis Agius flimkien ma’ l-Arċisqof  kixfu plakka kommemorattiva bix tfakkar l-okkażjoni. 

Fi tmien iż-żjara tieghu fil-Pitkalija, il-bdiewa prezenti offrew kannestri sħaħ ta’ prodotti biex jingħataw lid-Djar immexxija mill-Knisja fosthom id-Dar tal-Provvidenza, id-Djar ta' l-Anzjani - Ta' Sawra, St. Anne u Holy Family,  lid-diversi Djar tat-Tfal, lid-Dar tal-Kleru,  Casa Leone u Angela House, fil-Guardamangia.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAL GĦAWDEX  Fin-Norveġja, il-Ministru Clint Camilleri jsostni li s-suċċess tal-Istrateġija Ewropea għall-Gżejjer se jitkejjel mir-riżultati li twassal

PR261964

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAL GĦAWDEX Fin-Norveġja, il-Ministru Clint Cami...

PRESS RELEASE BY SERVIZZ.GOV  International Recognition for Servizz.gov and Centrecom

PR261963en

PRESS RELEASE BY SERVIZZ.GOV International Recognition for Servizz.gov and...

More Press Releases Right arrow