Left arrow Go Back

Iktar minn 2,000 Student f’Proġett għall-Kreattività

PR0795
Date Icon 30/05/2007

L-istudenti mill-ewwel sena tal-Primarja sa l-aħħar sena tas-Sekondarja li jagħmlu parti mis-Seba’ Kulleġġ (li jinkludi l-Primarji tal-Mosta, Għargħur, Naxxar, Mellieħa u San Pawl il-Baħar u s-sekondarji: Iskola Sekondarja tas-Subien tan-Naxxar u tal-bniet Lily of the Valley tal-Mosta.) ipparteċipaw f’kompetizzjoni tal-kreattività tal-kitba. L-istudenti kellhom iċ-ċans li jikkompetu ma’ studenti oħra ta’ l-istess sena, kemm mill-iskola tagħhom kif ukoll minn skejjel oħra li jagħmlu parti mill-Kulleġġ.

L-iskop ta’ din l-attività kien li l-istudenti jużaw il-kreattività fit-tagħlim tagħhom u biex ikollhom sens ta’ identità fil-Kulleġġ. L-istudenti kienu mitluba jiktbu poeżiji, stejjer u komponimenti bil-Malti u bl-Ingliż. Dawk ta’ l-ewwel u t-tieni sena wkoll kellhom l-opportunità li jieħdu sehem. Is-sezzjoni tagħhom kien jisimha ‘Colour, Cut, Create’. B’kollox ħadu sehem 2100 student.

Is-Segretarju Permanenti tal-Ministeru ta’ l-Edukazzjoni, Żgħażagħ u Xogħol, is-Sur Frans Borġ qal li għalkemm is-sistema tal-kulleġġi għada fil-bidu ta’ l-esperjenza tagħha, diġa’ qed naraw il-frott tagħhom b’attivitajiet bħal dawn tal-lum. “Importanti li t-tfal jieħdu sehem f’attivitajiet bħal dawn li jużaw il-kreattività tagħhom biex jesprimu ruħhom”. Preżenti għal din l-attività kien hemm ukoll id-Direttur Ġenerali ta’ l-Edukazzjoni, Dr. Cecilia Borġ u l-Kap tal-Kulleġġ, is-Sur Raymond Facciol.

L-istudenti komplew juru t-talenti artistiċi tagħhom fil-ġurnata tal-premjazzjoni, li saret dalgħodu, premezz tal-mużika. Minbarra kant minn diversi studenti kien hemm ukoll il-banda ta’ l-Iskola Sekondarja tas-Subien tan-Naxxar u rock band mill-istess skola.  Il-programm intemm bl-għoti ta’ ċertifikati lill-parteċipanti.  L-istudenti li ġew fl-ewwel, it-tieni u t-tielet post ġew mogħtija bank voucher mingħand il-BOV. Kien hemm ukoll trofew tal-Best Effort u trofew tal-Best Entry għall-iskejjel Primarji u l-iskejjel Sekondarji.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAL GĦAWDEX  Fin-Norveġja, il-Ministru Clint Camilleri jsostni li s-suċċess tal-Istrateġija Ewropea għall-Gżejjer se jitkejjel mir-riżultati li twassal

PR261964

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAL GĦAWDEX Fin-Norveġja, il-Ministru Clint Cami...

PRESS RELEASE BY SERVIZZ.GOV  International Recognition for Servizz.gov and Centrecom

PR261963en

PRESS RELEASE BY SERVIZZ.GOV International Recognition for Servizz.gov and...

More Press Releases Right arrow