Ċerimonja ta’ l-għoti tal-Premjijiet lit-tfal ta’ l-iskola
Il-Kampanja Kabbar Siġra għal din is-sena ġiet fi tmiemha nhar il-Ħamis 24 ta’ Mejju 2007 biċ-ċerimonja ta’ l-għoti tal-premjijiet li saret fiċ-ċentru tar-Riċerka u l-Iżvilupp Agrikolu, l-Għammieri.
B’kollox din is-sena ħadu sehem 5 skejjel, fejn bejniethom kabbru 2,169 siġra. L-iktar skola li għamlet suċċess kienet dik tal-Kulleġġ ta’ San Alwiġi fejn rebħu tnejn mill-ħames kategoriji, li fosthom hemm il-Kategoriji ta’ l-ogħla numru ta’ siġar imkabbra minn skola waħda.
L-iskop ta’ din il-Kampanja huwa li jgħallem lit-tfal biex jibdew japprezzaw aktar l-importanza tas-siġar fl-ambjent naturali. Meta t-tfal jibdew jitgħallmu kif ikabbru s-siġar fil-klassijiet tagħhom, jibdew jitħeġġu biex, minn eta’ żgħira, jagħtu sehemhom fil-ħarsien tan-natura u ta’ l-imsaġar.
Waqt iċ-ċeremonja saret ukoll kundanna għall-vandaliżmu li sar fuq it-tlett elef siġra liema att sar fil-Mellieħa. Uħud min dawn is-siġar kienu mħawwla minn studenti f’attivitajiet varji tal-kumitat Siġar fl-Iskejjel.
Il-Kumitat Siġar fl-Iskejjel, barra milli jorganiżża din il-Kampanja, jorganizza wkoll mixjiet fil-kampanja tul il-Ġimgħa tas-Siġar, li ssir f’Jannar ta’ kull sena. Il-kumitat iħeġġeġ sabiex iktar skejjel jieħdu sehem f’din il-kampanja.
Other Press Releases:
PR261964
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAL GĦAWDEX Fin-Norveġja, il-Ministru Clint Cami...
PR261963en