Left arrow Go Back

ID-DIVIŻJONI TAS-SAĦĦA TWIEĠEB LILL-UHM DWAR IL-PHARMACY OF YOUR CHOICE (POYC)

PR0790
Date Icon 29/05/2007

B’riferenza għall-istqarrija maħruġa mill-UHM dwar azzjonijiet industrijali mill-ispiżjara f’dak li għandu x’jaqsam mal-Pharmacy of your Choice (POYC), id-Diviżjoni tas-Saħħa tiċħad li hija qatt ‘kaxkret’ biex tiltaqa’ mal-UHM.


Il-fatti huma li fi tmiem laqgħa li kellu d-Direttur Ġenerali tas-Saħħa mal-UHM fis-26 ta’ April fuq il-migrazzjoni għall-Mater Dei, huwa minn jeddu spjega lir-rappreżentanti tal-UHM kif kienet se tiġi introdotta l-POYC u assigura lill-union li dan ma kellu jkollu l-ebda impatt fuq l-impjegati fl-ispiżeriji. 

Xi ġranet ilu l-UHM talbet laqgħa mad-Direttur Ġenerali dwar il-POYC u din ġiet minnufih iffissata għall-1 ta’ Ġunju.  Minhabba ċirkostanzi ta’ natura urġenti, il-bieraħ il-laqgħa kellha tiġi posposta għall-11 ta’ Ġunju.  Din id-data kienet aċċettatha mill-UHM.

Id-Diviżjoni tas-Saħħa tikkundanna l-fatt li l-UHM għażlet li tirrikorri għall-azzjoni industrijali mingħajr biss ma kellha d-diċenza tistenna biex issir il-laqgha miftiehma.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAL GĦAWDEX  Fin-Norveġja, il-Ministru Clint Camilleri jsostni li s-suċċess tal-Istrateġija Ewropea għall-Gżejjer se jitkejjel mir-riżultati li twassal

PR261964

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAL GĦAWDEX Fin-Norveġja, il-Ministru Clint Cami...

PRESS RELEASE BY SERVIZZ.GOV  International Recognition for Servizz.gov and Centrecom

PR261963en

PRESS RELEASE BY SERVIZZ.GOV International Recognition for Servizz.gov and...

More Press Releases Right arrow