Skolasajf - Programm Kreattiv għall-Istudenti
Madwar 4,000 tifel u tifla mill-iskejjel statali, tal-knisja, u indipendenti jipparteċipaw fi Skolasajf. Jieħdu sehem ukoll madwar 300 studenti Universitarji li qed isegwu korsijiet li għandhom x’jaqsmu ma’ l-edukazzjoni u madwar 130 kapijiet/assistenti kapijiet/għalliema bħala ko-ordinaturi fiċ-Ċentri ta’ Skolasajf.
Is-Segretarju Permanenti tal-Ministeru ta’ l-Edukazzjon, Żgħażagħ u Xogħol, is-Sur Francis Borġ, nieda t-tnax-il edizzjoni tal-programm Skolasajf. Il-programm Skolasajf joffri l-opportunità lil studenti li jkollhom programm edukattiv u kreattiv tul ix-xhur tas-sajf biex filwaqt li jużaw il-ħin liberu tagħhom b’mod produttiv ikunu qed jilagħbu u jitgħallmu ma’ sħabhom. Skolasajf toffri wkoll l-opportunità lill-ġenituri ta’ l-istudenti, speċjalment dawk li jaħdmu, biex fil-ħinijiet tax-xogħol ikunu moħħhom mistrieħ dwar x’qed jagħmlu t-tfal.
Skolasajf 2007 se tiftaħ il-bibien tagħha bejn it-Tnejn 16 ta’ Lulju u t-Tnejn 10 ta’ Settembru 2007, kuljum mit-Tnejn sal-Ġimgħa bejn id-9.00a.m. u 12.00p.m. Il-Programm hu miftuħ għat-tfal tar-raba’, l-ħames u s-sitt klassi ta’ l-iskejjel primarji kollha (Stat, Knisja u Indipendenti). Iċ-ċentri tas-Skolasajf huma mqassmin madwar Malta u Għawdex biex kulħadd ikun moqdi.
Il-Ministru Galea qal li t-tema magħżula għal din is-sena hija “L-ewro tagħna wkoll”. Se niffukaw fuq l-oqsma ta’ Informazzjoni, Parteċipazzjoni u Ħbiberija.
Tfal li jattendu l-iskola bl-għajnuna tal-‘facilitator’ se jkollhom dan is-servizz ukoll għall-Programm Skolasajf filwaqt li dawk it-tfal li jattendu l-iskejjel speċjali se jkollhom programmi apposta.
Hemm ukoll programm magħruf bħala Klabbsajf għal dawk l-istudenti li tul is-sena skolastika jingħataw s-servizz ta’ l-għajnuna kumplimentari fil-litteriżmu. Dan il-programm hu maħsub apposta biex jgħin lil dawn l-istudenti jimxu ’l quddiem fl-edukazzjoni.
L-applikazzjonijiet għal Skolasajf jistgħu jinkisbu mill-iskejjel Primarji jew inkella minn fuq il-website tal-Ministeru ta’ l-Edukazzjoni www.education.gov.mt. L-applikazzjonijiet għandhom jaslu fl-iskejjel fejn t-tfal ikunu se jattendu, sa mhux aktar tard minn nhar il-Ġimgħa 8 ta’ Ġunju. Hemm ħlas nominali ta’ Lm5.00c (€11.65) għal kull tifel jew tifla.
Informazzjoni Dwar il-Programm Skolasajf 2007
L-iskopijiet ewlenin ta’ Skolasajf (Skejjel Primarji) huma:
· Li joffri lill-istudenti tar-raba’, l-ħames u s-sitt klassi ta’ l-iskejjel primarji programm ta’ attivitajiet edukattivi u rikreattivi li jagħtu tagħlim informali li jikkumplimenta u jsaħħaħ dak li jkun sar fis-sena skolastika.
· Li tipprovdi lill-istudenti tal-B.Ed u studenti minn fakultajiet oħra, li jkunu fl-ewwel, t-tieni u t-tielet sena tal-kors tagħhom, opportunitajiet li josservaw u jikkomunikaw mat-tfal. Dan isir f’sitwazzjonijiet kreattivi u mhux daqshekk formali bħal ma jkunu matul is-sena skolastika.
· Li jagħti lill-ġenituri, speċjalment lil dawk li jaħdmu, l-opportunita` li jsibu post adattat għall-kura ta’ wliedhom waqt il-vaganzi tas-Sajf.
PROGRAMM TA’ SKOLASAJF 2007
Seminars għall-Ko-Ordinaturi kollha
Is-seminars għall-Ko-Ordinaturi jservu bħala preparazzjoni u ko-ordinazzjoni bejn il-Proġetti Speċjali kollha. Is-Seminars huma maqsuma wieħed għall-ko-Ordinaturi ta’ l-Ewwel Sessjoni u l-ieħor għall-Ko-Ordinaturi tat-Tieni Sessjoni. Is-Seminar tal-Ko-Ordinaturi ta’ l-Ewwel Sessjoni ser isir nhar il-Ħamis 12 ta’ Lulju 2007 ġewwa l-NCC. F’dan is-Seminar jingħataw dettalji dwar il-Programmi Speċjali ta’ Skolasajf għal-din is-sena kif ukoll dwar t-tmexxija ta’ dawn il-Programmi. Is-Seminar għal-Ko-Ordinaturi tat-Tieni Sessjoni ser issir nhar it-Tlieta 7 t’Awissu 2007.
Programm għall-iSkejjel Primarji
Il-Programm ta’ ħidma għat-tfal fi Skolasajf jinkludi sessjonijiet ta’ tpinġija, drama, żfin, kant, mima, diskussjonijiet, sport u żjarat f’postijiet kulturali, industrijali u kummerċjali kemm fuq skala lokali kif ukoll fuq skala nazzjonali, per eżempju: fabbriki, mużewijiet, stazzjonijiet tar-radju, knisja parrokkjali, banek u uffiċċji, u Kunsilli Lokali.
“Inħobb Nilgħab” Weetabix Fun Games Festivals
Matul l-ewwel gimgħat ta’ Skolasajf ser isiru attivitajiet reġjonali bejn 5 / 6 Ċentri fuq bażi eliminatorja. Dawk iċ-ċentri li jikkwalifikaw minn din il-fażi, jikkompetu f’attivita’ Nazzjonali fl-aħħar tas-sajf waqt il-Fieramaratona.
Kwiżż dwar l-ewro
Iċ-Ċentri ser jieħdu sehem fi kwizz dwar il-munita ewro. Is-suġgetti ser ikunu varjati b’tali mod u manjiera li l-mistoqsijiet se jkomplu jgħolli l-ħiliet tat-tfal.
Kunsilli ta’ l-Istudenti waqt Skolasajf
Kull Ċentru ta’ Skolasajf qed jiġi mħeġġeġ biex iwaqqaf kunsill ta’ l-istudenti li jipparteċipaw fi proċess ta’ konsultazzjonijiet f’deċizjonijiet li jolqtu liċ-Ċentru tagħhom.
Programmi Speċjali fl-iskejjel
Dawn il-programmi jinkludu:
· Programm ta’ Prevenzjoni mill-Aġenzija Sedqa.
· Programm ta’ Prevenzjoni mill-Caritas
· Healthy Breakfast Days
· Ħarsien ta’ l-Annimali
· Żjarat – Radju ta’ l-Universita’ - CAMPUS FM
· Drama
· Nature Trust
· Fondazzjoni Wirt Artna
· Heritage Malta
Kull student se jipparteċipa f’xi wieħed/jew aktar minn dawn il-programmi.
Programm għall-iskejjel speċjali
Il-Programm ta’ Skolasajf ser jiġi offrut ukoll f’dawn l-Iskejjel Speċjali.
| Hellen Keller | - Qrendi |
| San Miguel | - St. Andrews |
| Guardian Angel | - Ħamrun |
| Dun Manwel Attard | - Wardija |
| Profs Guze Aquilina Special Unit | - Sannat |
Fieramaratona
Kif isir kull sena Skolasajf tagħlaq bil-“Fieramaratona” li ser issir bejn l-Erbgħa 5 ta’ Settembru u l-Ħadd 9 ta’ Settembru 2007, fil-Liceo tal-Bniet Maria Regina l-Blata l-Bajda. L-għanijiet ewlenin ta’ din il-fiera huma li:
- Tiġbor flimkien eżempji tax-xogħol tat-tfal f’wirja Nazzjonali
- Tagħti opportunita’ lill-iskejjel li juru attivitajiet kulturali (per eżempju mima, drama, sport u kant)
Klabbsajf
L-għan ta’ dan il-programm hu li jilħaq lil dawk it-tfal li matul is-sena skolastika 2006/2007 kienu jirċievu għajnuna kumplimentari. Il-Programm Klabbsajf ser jiftaħ f’dawn iċ-Ċentri:
Malta |
Other Press Releases:
PR261964
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAL GĦAWDEX Fin-Norveġja, il-Ministru Clint Cami...
PR261963en