Left arrow Go Back

Inawgurat il-Mediterranean Food and Drink Festival

PR0769
Date Icon 25/05/2007

Bejn il-Ġimgħa u l-Ħadd, il-25, 26 u 27 ta’ Mejju, il-Malta Culinary Association qed torganizza l-Mediterranean Food and Drink Festival fil-Malta Fairs and Convention Centre f’Ta’ Qali. Din hi kompetizzjoni għal chefs professjonali u entużjasti fil-qasam kulinarju.

Il-Ministru għat-Turiżmu u Kultura Francis Zammit Dimech inawgura uffiċjalment dan il-Festival, filwaqt li stqarr li “dan il-festival għandu jservi ta’ vetrina għall-gastronomija Maltija u għal ħiliet fil-preżentazzjoni u t-tisjir ta’ l-ikel tax-chefs Maltin.”

Fl-edizzjoni ta’ din is-sena ser issir għall-ewwel darba l-Open Parade des Chefs Championship, li hi kompetizzjoni impenjattiva ħafna. Fiha jieħdu sehem għaxar chefs li f’ristorant mibni apposta jipprovdu ikla three-course għal madwar 50 persuna.

Il-kompetizzjoni ser titmexxa minn ġurija internazzjonali magħmula minn Kenb Fraser, Rod Nayor, Dave Avery u Michael Oliver. Barra mill-ġurija internazzjonali, l-Open Parade des Chefs Championship ser tkun ġudikata wkoll mill-viżitaturi li se jkunu jistgħu jduqu l-ikel u jiġġudikaw għalihom infushom il-kreattività u oriġinalità ta’ l-ikel preżentat.

Il-Ministru Zammit Dimech qal li fl-aħħar 50 sena, il-gastronomija Maltija għamlet passi kbar ’l quddiem. Hu qal li dan hu riżultat tal-ħidma kbira li għamlu istituzzjonijiet governattivi bħal Catering School fl-Imsida, il-MCAST fl-Imsida u fl-aħħar 18-il sena, l-Institute for Tourism Studies li minnu ħarġu mijiet ta’ żgħażagħ imħarrġa u li ħafna minnhom komplew t-taħriġ u t-tagħlim tagħhom barra l-pajjiż.

“Il-gastronimja kienet is-sengħa ta’ min jaf x’għandu u kif għandu jiekol. Flimkien mat-trasport u l-akkomodazzjoni, il-gastronomija kienet wieħed mit-tlett ingredjenti ewlenin li jagħmlu suċċess mis-settur turistiku u kien għalhekk li fil-pjani kollha għall-iżvilupp u t-tisħiħ tas-settur turistiku l-gastronomija kellha post speċjali,” tenna l-Ministru Zammit Dimech.

Il-Ministru kompla jgħid li għal pajjiż li bħalna kien jiddependi għal parti kbira mid-dħul barrani tiegħu mit-turiżmu, dan is-settur ridna nagħmlu minn kollox biex insaħħuh u ntejjbuh.  Hu qal li dan kien jiddependi mill-prodott li noffru u aktar ma’ l-prodott ikun marbut mat-tradizzjonijiet u l-kultura Maltija aktar jiġi identifikat ma’ pajjiżna. Hu qal li f’din l-attività partikolari l-prodott li qed ikun offrut hu wieħed Mediterranju.

Il-Ministru Zammit Dimech irringrazzja lil Malta Culinary Association għall-inizjattiva tagħhom, lill-ġurija barranija u lil Malta Fairs and Convention Centre.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAL GĦAWDEX  Fin-Norveġja, il-Ministru Clint Camilleri jsostni li s-suċċess tal-Istrateġija Ewropea għall-Gżejjer se jitkejjel mir-riżultati li twassal

PR261964

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAL GĦAWDEX Fin-Norveġja, il-Ministru Clint Cami...

PRESS RELEASE BY SERVIZZ.GOV  International Recognition for Servizz.gov and Centrecom

PR261963en

PRESS RELEASE BY SERVIZZ.GOV International Recognition for Servizz.gov and...

More Press Releases Right arrow