Left arrow Go Back

Direct Debit System għall-Korporazzjoni għas-Servizzi ta’ l-Ilma u l-Korporazzjoni Enemalta

PR0764
Date Icon 25/05/2007

Bħalissa għaddejja l-evalwazzjoni tat-tenders li ġew sottomessi għall-proġett ta’ l-Integrated Utility Business Systems għall-Korporazzjoni Enemalta, u l-Korporazzjoni għas-Servizzi ta’ l-Ilma fejn permezz ta’ sħubija strateġika ma’ kumpanija jew konsorzju ta’ kumpaniji li huma market leaders fil-qasam, tiġi introdotta sistema li ser twassal fost l-oħrajn biex isir tibdil radikali fis-sistema tal-ħruġ tal-kontijiet u tal-qari tal-miters.   

Dan ħabbru l-Ministru Austin Gatt, meta waqt konferenza ta’ l-aħbarijiet ħabbar dettalji dwar id-Direct Debit System li permezz tagħha ser ikun possibbli biex il-klijenti taż-żewġ korporazzojonijiet, li għandhom kontijiet bankarji mal-banek prinċipali, jkollhom il-kontijiet tagħhom imħallsa b’mod konvenjenti, awtomatiku u dirett. Apparti dan, dawk il-klijenti li ser jagħzlu din l-iskema, ser ikunu jistgħu jiffrankaw Lm1 (€ 2.33) minn kull kont.  

Din l-iskema hija bla ħlas u tipprovdi biex jekk, sa’ 30 jum mill-ħlas, klijent ikollu kontestazzjoni jew oġġezzjoni fuq xi kontijiet, jista jitlob li t-tranżazzjoni titreġġa lura.  

Il-Ministru Austin Gatt qal li l-Gvern irid jara sforz biex iż-żewġ Korporazzjonijiet ikunu orjentati aktar lejn il-bżonnijiet tal-klient. Fil-waqt li teknikament il-kwalità tas-servizz hija tajba hemm ħtieġa li tiżdied il-kultura ta’ customer oriented service. 

“F’dawn l-aħħar tlett snin ikkonċentrajna fuq tibdil gradwali li minnhom bdiet tinħass id-differenza. Dawn inkludew il-ħruġ regolari u aktar spiss tal-kontijiet u aktar spiss, m’hux bħal qabel, meta tkun lesta għalihom il-Korporazzjoni. Din ir-regolarità tippermetti lill-familja jew negozju jippjana aħjar u ma jieħux daqqiet finanzjarji meta jiġieħ xi kont ta’ tmien xhur. Qed jinħadmu stimi ta’ l-infieq kull xahrejn li mbagħad jiġu vverifikati minn żewġ żjarat fis-sena tal-meter reader li qed tippermetti biex ikun hemm aktar prevedibbiltà ta’ l-ispiża. Irrefera wkoll għall-servizz ġdid li klient jirċievi avviż minn qabel bl-SMS li se jkun se jinqata’ d-dawl (m’hux meta ma jkunx prevedibbli). S’issa hemm 2,300 klient li jużaw dan is-servizz. Servizz ieħor huwa dak fejn klienti li għandhom it-tieni proprjetà u li qabel riedu jinqalgħu meta l-proprjetà tagħhom jiġi jmissa fir-ronda tal-meter reader issa ddaħħlet sistema fejn il-meter jinqralhom meta jkunu komdi huma. B’kollox 3,500 klient qed jużaw dan is-servizz ġdid. 

Il-Ministru Austin Gatt, f’dan il-kuntest, irrefera għall-Integrated Utility Business Systems li għandha twassal għal differenza kbira hekk kif din għandha twassal għall-tibdil fis-sistemi li bihom iħaddmu l-kontijiet.  

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAL GĦAWDEX  Fin-Norveġja, il-Ministru Clint Camilleri jsostni li s-suċċess tal-Istrateġija Ewropea għall-Gżejjer se jitkejjel mir-riżultati li twassal

PR261964

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAL GĦAWDEX Fin-Norveġja, il-Ministru Clint Cami...

PRESS RELEASE BY SERVIZZ.GOV  International Recognition for Servizz.gov and Centrecom

PR261963en

PRESS RELEASE BY SERVIZZ.GOV International Recognition for Servizz.gov and...

More Press Releases Right arrow