Fl-ewwel tliet xhur tas-sena t-Trade Licensing Unit tirċievi 511 applikazzjoni għal liċenza ta’ negozju jew notifika ta’ attivita’ kummerċjali
“In-numru ta’ applikazzjonijiet għall-ħruġ ta’ liċenzi tan-negozju bejn Jannar u Marzu 2005 – 2007 juri li l-attivita’ kummerċjali f’pajjiżna hija waħda kompetittiva u l-kummerċ qiegħed jidher li qiegħed joħloq opportunita’ ta’ impjieg u investiment.” Is-Segretarju Parlamentari għan-Negozji Żgħar u s-Self Employed, Edwin Vassalloqal dan meta kien qiegħed iħabbar statistika dwar il-liċenzi tan-negozju li nħarġu minn Jannar sa Marzu 2007.
Is-Segretarju Parlamentari spjega li “meta wieħed iħares lejn l-ammont ta’ applikazzjonijiet li rċeviet it-TLU (Trade Licensing Unit) f’dawn l-aħħar tliet snin, bejn Jannar u Marzu, wieħed jista’ jara li bejn wieħed u ieħor il-figuri baqgħu kostanti. Iżda jidher li bejn Jannar u Marzu ta’ din is-sena kien hemm żieda fin-numru ta’ applikazzjonijiet kemm fuq l-istess perijodu għas-sena 2006, kif ukoll għas-sena 2005.”
“Din l-istatistika li qegħdin nippubblikaw turi biċ-ċar ukoll li r-rata ta’ start-ups f’pajjiżna, kif ukoll tat-transfer of business, hija waħda li titqabbel tajjeb ma’ ta’ pajjiżi oħra li huma ekonomikament żviluppati. Dan għaliex in-numru ta’ ‘start-ups’ u ‘transfers of business’ juri r-rata ta’ kemm qed tikber il-kompetizzjoni f’pajjiżna u aktar ma tikber il-kompetizzjoni fil-pajjiż, tkun qed tikber ukoll l-attivita’ kummerċjali. Aktar ma tikber l-attivita’ kummerċjali, tikber l-attivita’ ekonomika li tissarraf f’ħolqien ta’ impjiegi u f’żieda fil-konsum. Fil-fatt, skond il-Bank Ċentrali ta’ Malta, in-nefqa tal-konsum f’pajjiżna, illum qed titla’ għal madwar 1.3 biljun Lira Maltija (€3.03 biljun).
“Interessanti li wieħed jinnota wkoll li t-total ta’ metri kwadri ta’ floor space kummerċjali ġdid li nħariġlu permess għal attivita’ kummerċjali mit-TLU wara li nħariġlu l-permess tal-MEPA,” qal is-Segretarju Parlamentari Edwin Vassallo
Kanċellazzjonijiet
Is-Segretarju Parlamentari Edwin Vassallo ta d-dettalji dwar l-istatistikq maħruġa u qal li “meta wieħed iħares lejn in-numru ta’ applikazzjonijiet għal kanċellazzjonijiet ta’ liċenzi, jidher li r-rata ta’ applikazzjonijiet baqgħet waħda stabbli. Ta’ min jinnota li f’dan il-kuntest kanċellazzjoni mhux bilfors tfisser egħluq ta’ negozju minħabba falliment ta’ l-attivita’ kummerċjali, iżda f’diversi każijiet il-kanċellazzjoni tintalab biex tinġieb fit-tmiem liċenza ta’ attivita’ kummerċjali, iżda fl-istess sit terġa tintalab applikazzjoni oħra.
Attivita’ Kummerċjali Ġdida
“Mill-istatistika ġenerali li qed tiġi provduta, qiegħed nanalizza liema huma l-applikazzjonijiet u l-permessi maħruġa li effettivament juru bidu ta’ attivita’ kummerċjali ġdida. Din l-istatistika li tidher f’tabella 4 turi l-applikazzjonijiet permezz ta’ formoli differenti użati mit-TLU, li f’ċirkustanzi differenti jindikaw applikazzjonijiet għal permessi ta’ attivita’ kummerċjali ġdida. In-numru ta’ applikazzjonijiet bejn l-2006 u l-2007 baqgħu kostanti, u jidher li hemm żieda fuq in-numru ta’ applikazzjonijiet ta’ l-2005.
“F’tabella 5, wieħed jara l-istatistika ta’ permessi maħruġa mit-TLU., li ukoll tindika li l-ħruġ tal-permessi baqa’ wieħed kostanti, fil-fatt inħarġu 26 permess inqas fl-2007 mill-2006.
Liċenzi Oħra
“It-tabelli numru 6 u 7, juru wkoll statistika rigward attivita’ kummerċjali differenti minn dik l-attivita’ kummerċjali li rriferejt għaliha fit-tabelli 4, 5. Għaldaqstant, ta’ min jinnota wkoll in-numru ta’ applikazzjoni u ħruġ ta’ permessi għal fieri kummerċjali u car boot sales. Nixtieq niġbed l-attenzjoni li legalment, kull min ser jorganizza fiera kummerċjali u car boot sale, irid ikollu permess maħruġ mit-TLU.
Street u Market Hawkers
“Fit-tabelli numru 8 u 9, wieħed jista’ jinnota l-applikazzjonijiet u permessi maħruġa għal street u market hawkers. Filwaqt li l-istreet hawkers żdiedu fin-numru, jidher ukoll li baqa’ interess fl-applikazzjoni għal liċenza ta’ market hawker, minkejja li numru ta’ swieq huma organizzati b’tali mod li n-numru ta’ market hawkers li jarma fihom issa huwa llimitat għal numru definit.”
Is-Segretarju Parlamentari Edwin Vassallo temm billi spjega li “l-viżjoni tal-Gvern fil-kuntest tal-proċess tal-ħruġ tal-liċenzi tan-negozju hi li wara li issa tnaqqset il-burokrazija fil-proċess tal-ħruġ tal-liċenzi tan-negozju, u lħaqqna livell sodisfaċenti ta’ start-ups u transfer of business, bħala Gvern irridu naraw kif niżviluppaw aħjar dan il-proċess sabiex nersqu aktar lejn proċess ta’ ħruġ ta’ liċenzji li filwaqt li jibqa’ effiċjenti, jwassal biex ikollna negozji ta’ valur miżjud għoli. Dan għandu jwassal biex ma jibqax ikollna ħafna applikazzjonijiet għall-ħruġ ta’ liċenzji bħall-ħafna li diġa’ jeżistu. Pajjiżna jeħtieġ iżjed negozji, iżda aktar negozji innovattivi u differenti minn dawk li diġa għandna. Iżjed negozji ta’ l-istess xorta mhux bilfors iwasslu għal żieda fl-attivita’ kummerċjali. Għaldaqstant, il-Gvern ser jikkonsulta sabiex naraw kif il-proċess tal-ħruġ tal-liċenzji jkollu miegħu proċeduri ġodda li jassiguraw li min qed japplika għal liċenzja għandu għarfien biżżejjed dwar l-obbligazzjonijiet li huwa ser ikollu jġorr bħala sid tan-negozju, u għaldaqstant irridu naraw kif niżviluppaw:
§ Skema ta’ taħriġ għal min m’għandux diġa’ esperjenza fl-attivita’ kummerċjali
§ Proċess ta’ ċertifikazzjoni ta’ professjonalita’ għal dawk li ser ikunu qegħdin jipprovdu servizz lill-konsumaturi
§ Ċertifikazzjoni ta’ sors ta’ finanzi adekwat għal min ser jibda attivita’ kummerċjali ġdida.
“Dan l-iżvilupp m’għandux ikun ikkunsidrat bħala żieda ta’ burokrazija, iżda għandu jiġi diskuss fil-kuntest ta’ kif f’pajjiżna rridu nibdew naraw żieda ta’ attivita’ kummerċjali differenti u ta’ valur miżjud għoli. F’dan il-proċess ta’ konsultazzjoni ser ikunu inklużi prinċipalment l-ETC, id-Diviżjoni għall-Kummerċ u l-GRTU.
”Illum wasalna fi stat li mhux nitkellmu fuq il-kwantita’ ta’ applikazzjonijiet ta’ liċenzji tan-negozju, iżda rridu nibdew nitkellmu fuq kif ser ikollna negozji ta’ kwalita’ u jkollna wkoll proċess li kapaċi jgħin lil min irid jidħol fl-attivita’ kummerċjali sabiex qabel kollox ikun żgurat li fl-għoti tas-servizz tiegħu huwa kapaċi u professjonali.”
Other Press Releases:
PR261964
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAL GĦAWDEX Fin-Norveġja, il-Ministru Clint Cami...
PR261963en