Left arrow Go Back

Impenn kollettiv fil-qasam edukattiv għall-iżvilupp ta’ l-imprenditorija f’pajjiżna

PR0752
Date Icon 23/05/2007

F’konferenza organizzata mis-Segretarjat Parlamentari għan-Negozji ż-Żgħar u s-Self Employed, li għaliha kienu mistiedna jattendu għalliema li bħala suġġetti għandhom il-business studies, u għalliema oħra li jikkordinaw ħidma ma’ l-iScoops u mal-Young Enterprise, kif ukoll guidance teachers u counsellors, is-Segretarju Parlamentari għan-Negozji Żgħar u s-Self Employed, Edwin Vassallo, ħabbar li bħala Segretarjat Parlamentari fi ħdan il-Ministeru għall-Kompetittivita’ u Kommunikazzjoni, huwa responsabbli għan-National Entrepreneurship Programme.  Is-Segretarjat Parlamentari ġie mogħti din ir-responsabbilita’ mid-DG Enterprise. 

“B’din ir-responsabbilita’, matul din l-aħħar sena, rajna li tinħoloq l-aħjar koperazzjoni possibbli mal-Ministeru ta’ l-Edukazzjoni, Żgħażagħ u Xogħol, kif ukoll ma’ għaqdiet ta’ studenti, organizazzjonijiet bħal Scoops u Young Enterprise, sabiex matul din is-sena skolastika stajna nagħtu bidu għal taħriġ fl-imprenditorija mil-livell primarju, dak sekondarju, post-sekondarju u terzjarju.  Sabiex tirnexxi din il-ħidma, li għadha fil-bidu tagħha, tenħtieġ sinerġija u kordinazzjoni.  Għal dan il-għan, ġiet organizzata din l-ewwel konferenza nazzjonali li laqqgħet li dawk kollha interessati, sabiex fi proċess ta’ konsultazzjoni ġiet diskussa l-ħidma li twettqet, filwaqt li permezz tar-riżultat ta’ numru ta’ workshops, ser tiġi mfassala strateġija għas-sena skolastika li ġejja.” 

Is-Segretarju Parlamentari Edwin Vassallo kompla jispjega li l-ħidma favur l-introduzzjoni tat-taħriġ għall-imprenditorija fil-qasam edukattiv hu l-impenn li daħal għalih il-Gvern.  Kompla jgħig li huwa meħtieġ li  nbiddlu l-mentalita’ għal waħda aktar imprenditorjali.  “Neħtieġu naraw li l-istudenti tagħna, mil-livell primarju sal-livell terzjarju, jkollhom l-aħjar taħriġ għal żvilupp personali lil hinn minn dak akkademiku.  It-taħriġ fl-imprenditorija mhux maħsub li jkun ta’ interess biss għal min bi ħsiebu jiftaħ negozju, iżda inizjalment għandu jkun taħriġ offrut għal kull student, u li jgħin lil kull student jiżviluppa l-ħila ta’ komunikazzjoni, ta’ responsabbilita’, u ta’ apprezzament lejn il-ġid komuni.  Fuq kollox, it-taħriġ fl-imprenditorija huwa bbażat fuq l-għarfien ta’ valuri u etika li jgħinu lil kull individwu jkun l-aħjar li jista’ jkun.” 

Waqt din il-konferenza, il-Malta Enterprise, permezz ta’ l-iSmallEnterprise Directorate, qassmet numru ta’ għotjiet ta’ flus lil diversi skejjel li applikaw biex jipparteċipaw fil-programm Discover Enterprise.  B’dawn il-fondi, l-iskejjel ser ikunu qegħdin jiffinanzjaw proġetti ta’ taħriġ fl-imprenditorija.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAL GĦAWDEX  Fin-Norveġja, il-Ministru Clint Camilleri jsostni li s-suċċess tal-Istrateġija Ewropea għall-Gżejjer se jitkejjel mir-riżultati li twassal

PR261964

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAL GĦAWDEX Fin-Norveġja, il-Ministru Clint Cami...

PRESS RELEASE BY SERVIZZ.GOV  International Recognition for Servizz.gov and Centrecom

PR261963en

PRESS RELEASE BY SERVIZZ.GOV International Recognition for Servizz.gov and...

More Press Releases Right arrow