Left arrow Go Back

Il-Ministeru tas-Saħħa, l-Anzjani u  Kura fil-Komunità jikkundanna t-theddida ta’ bomba fl-Outpatiens ta’ l-Isptar San Luqa

PR0668
Date Icon 08/05/2007

Illum fid-9.15 ta’ filgħodu fl-iSptar San Luqa fuq il-linja ta’ l-emerġenza daħlet telefonata anonima dwar bomba fid-Dipartiment ta’ l-Outpatients li kellha tisplodi siegħa wara t-telefonata. 

Immedjatament l-awtoritajiet ta’ l-isptar infurmaw il-Pulizija.  Il-Pulizija flimkien ma’ l-awtoritajiet ta’ l-isptar iddeċidew li jevakwaw id-Dipartiment ta’ l-Outpatiens u l-Ispiżerija ta’ l-istess dipartiment biex tkun imħarsa s-sigurtà kemm tal-pazjenti kif ukoll ta’ l-istaff. 

Peress li l-awtoritajiet ta’ l-isptar ġew infurmati li l-eżerċizzju kien se jieħu fit-tul, ġie deċiż li l-pazjenti li kellhom appuntament ma jitħallewx jistennew u għalhekk intbgħatu d-dar u ġew mgħarrfa li se jingħatalhom appuntament ieħor mill-aktar fis possibbli. 

Membri mill-Bomb Disposal Unit għamlu tfittxija li rriżultat fin-negattiv.  Il-ħidma tal-Bomb Disposal Unit intemmet għal ħabta tal-11.15am.  

Il-Ministeru tas-Saħħa, l-Anzjani u Kura fil-Komunità flimkien ma’ l-awtoritajiet ta’ l-iSptar San Luqa jikkundannaw bil-qawwa dan l-att irresponsabbli li jtellef u jfixkel is-servizz li kuljum, li jingħata mid-Dipartiment ta’ l-Outpatients.  Atti bħal dawn jista’ jkollhom konsegwenzi fuq il-ħajja tan-nies speċjalment fuq pazjenti li jkunu qegħdin l-isptar għall-kura. 

Il-Ministeru tas-Saħħa jappella għall-koperazzjoni ta’ kulħadd biex ma jirrepetux ruħhom inċidenti simili li jistgħu jkunu kaġunati minn mottivi egoistiċi jew bil-ħsieb li jagħmlu l-bsaten fir-roti lis-servizzi ta’ kura tas-saħħa mgħotija mill-iSptar San Luqa.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  Il-Prim Ministru Robert Abela jinawgura investiment ta’ €50 miljun f’San Ġiljan

PR261960

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU Il-Prim Ministru Robert Abela ji...

PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER  The Speaker of the House of Representatives Meets Ambassadors of Guatemala, Lebanon and Vietnam

PR261959en

PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER The Speaker of the House of Rep...

More Press Releases Right arrow