Left arrow Go Back

Malta tkompli tappoġġja l-pjan ta’ rkupru tat-tonn

PR0663
Date Icon 08/05/2007

Malta, permezz tal-Ministru għall-Affarijiet Rurali u l-Ambjent, George Pullicino, kompliet tappoġġja l-pjan ta’ rkupru tat-tonn (Blue Fin Tuna Recovery Plan) kif propost mill-Kummissjoni Ewropea u maqbul mill-International Commission for the Conservation of Atlantic Tunas (ICCAT). 

Permezz tal-proposta tal-ICCAT, is-sajjieda Maltin se jkollhom impatt mill-anqas, peress li l-kwota tal-qabda tat-tonn fl-ewwel sena se tiżdied biex tilħaq 355 tunnellata iżda mbagħad tonqos gradwalment kull sena sas-sena 2010 ghal 280 tunnellati. 

Il-proposta tal-ICCAT kienet diskussa waqt laqgħa mqanqla tal-Kunsill tal-Ministri tas-Sajd li sar il-bieraħ fi Brussels u li kien karatterizzat minn oppożizzjoni kbira għall-proposta tal-Kummissjoni minn xi pajjiżi, ewlenin fosthom Franza u l-Italja. 

Din l-oppożizzjoni wasslet lill-Presidenza tal-Kummissjoni Ewropea, bħalissa f’idejn il-Ġermanja, biex tipposponi vot waqt il-laqgħa tal-bieraħ u taġġorna l-laqgħa għax-xahar id-dieħel.  Il-Kummissjoni Ewropea wriet id-dispjaċir tagħha għal dawn l-iżviluppi u ħabbret li jekk sal-laqgħa li jmiss ikun jidher li l-Istati Membri ma jkunux laħqu ftehim unanimu u komplet, hi jkollha tieħu miżuri drastiċi, inkluż it-twaqqaf tas-sajd għat-tonn sakemm il-Pjan ta’ Rkupru jkun approvat. 

F’interventi li għamel waqt il-laqgħa, il-Ministru George Pullicino rriafferma l-appoġġ ta’ Malta għall-proposta li għandha l-għan li tħares l-istocks tat-tonn, li hija ħuta importanti għas-sajjieda Maltin.   

Il-Ministru Pullicino fakkar kif il-Kummissjoni Ewropea kienet waħda mill-promoturi ewlenin għall-ftehim fl-ICCAT u għalhekk huwa ironiku li issa huma l-istess membri ta’ l-Unjoni Ewropea li għadhom ma qablux mal-proposta.   

Dan il-fatt jistona anke għax pajjiżi bħal Libja, li kienu u għadhom kritiċi tal-ftehim, xorta ddikjaraw li se jonoraw dan il-Pjan ta’ Rkupru. 

Hu qal li huwa inġust fuq Malta, u fuq pajjiżi oħrajn li kienu qed jaqblu mal-proposta tal-ICCAT, li minħabba l-intransiġenza ta’ numru żgħir ta’ pajjiżi issa s-sajjieda Maltin jistgħu jispiċċaw ibatu minn xi miżuri li tista’ tħabbar il-Kummissjoni Ewropea.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  Il-Prim Ministru Robert Abela jinawgura investiment ta’ €50 miljun f’San Ġiljan

PR261960

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU Il-Prim Ministru Robert Abela ji...

PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER  The Speaker of the House of Representatives Meets Ambassadors of Guatemala, Lebanon and Vietnam

PR261959en

PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER The Speaker of the House of Rep...

More Press Releases Right arrow