KORS TA’ TAGĦLIM TAL-LINGWA GĦARBIJA GĦAL UFFIĊJALI GOVERNATTIVI MILL-EWROPA JSIR MALTA
Fuq inizjattiva tad-Direttorat għall-Affarijiet tad-Difiża fi ħdan l-Uffiċċju tal-Prim Ministru flimkien mal-Forzi Armati ta’ Malta, matul il-ġimgħat li ġejjin għaxar uffiċjali governattivi minn madwar l-Ewropa (mill-Finlandja, Irlanda, Italja, Malta, Portugall, Repubblika Ċeka, u Slovakkja) se jkunu qegħdin f’Malta biex jieħdu sehem f’kors ta’ tagħlim tal-lingwa Għarbija.
Il-kors, li qed jittella’ f’kollaborazzjoni bejn Malta u l-Italja, huwa proġett pilota u t-tagħlim fl-ilsien Għarbi qed isir fid-Department of Arabic and Near Eastern Studies, fil-Fakultà ta’ l-Arti, fl-Università ta’ Malta.
Din l-inizjattiva setgħet titwettaq grazzi għall-kapaċitajiet u l-esperjenza li Malta rnexxilha tibni matul is-snin fl-ilsien Għarbi.
Other Press Releases:
PR261960
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU Il-Prim Ministru Robert Abela ji...
PR261959en