Left arrow Go Back

Wirja Annwali mill-Għaqda Maltija ta’ L-Ortikultura

PR0653
Date Icon 05/05/2007

Il-Ministru għall-Affarijiet Rurali u l-Ambjent George Pullicino fetaħ uffiċjalment il-wirja annwali mtella’ mill-Għaqda Maltija ta’ l-Ortikultura fil-ġonna ta’ San Anton. Il-wirja hi mifruxa fuq jumejn bejn is-Sibt 5 u l-Ħadd 6 ta’ Mejju u ssir taħt il-Patroċinju tal-President ta’ Malta Edward Fenech Adami.  

F’diskors qasir ta’ l-okkażjoni l-Ministru semma kif din il-wirja li daħlet sew fil-kalendarju annwali qed dejjem tikber fil-professjonalita’ u tgħin lil diversi bdiewa u raħħala sabiex jesebixxu x-xogħlijiet tagħhom relatati mal-fjuri, ħxejjex, frott u pjanti lokali.  

Il-Ministru Pullicino heġġeġ biex dawn il-wirjiet isiru aktar minn kull min jagħti l-impenn tiegħu favur l-ambjent. Tkellem dwar l-importanza tal-fjuri u l-pjanti li jagħtu dehra mill-isbaħ lill-ambjent f’pajjiżna. Xhieda ta’ dan l-impenn kontinwu huwa x-xogħol  siwi u importanti, f’dak li hu proġetti ta’ tisbiħ  li qed isir mill- konsorzju ELC.  

Madwar Malta llum issib iktar minn 100,000 arbuxell (shrubs), mal-50,000 siġra u jiffjorixxu man-nofs miljun fjura fis-sena. Din is-sena biss diġa’ tħawwlu mal-95,000 fjura, 26,000 sġajra jew arbuxell u xi 1,500 sigra.   

Il-Ministru Pullicino qal li inizjattiva li qed tirnexxi bis-sħiħ hija l-kampanja 34U. Il-mira din is-sena hi li jitħawwlu madwar 20,000 siġra. Is-sena l-oħra tħawlu b’kollox mas-16,000 siġra madwar Malta u Għawdex.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  Il-Prim Ministru Robert Abela jinawgura investiment ta’ €50 miljun f’San Ġiljan

PR261960

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU Il-Prim Ministru Robert Abela ji...

PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER  The Speaker of the House of Representatives Meets Ambassadors of Guatemala, Lebanon and Vietnam

PR261959en

PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER The Speaker of the House of Rep...

More Press Releases Right arrow