Investiment ta’ ‘l fuq minn lm 400,000 (€ 931,749) mill-Gvern Ċentrali u Lokali f’tisbiħ ta’ żona turistika ewlenija f’pajjiżna
It-tisbiħ u l-manutenzjoni taż-żoni turistiċi huma wieħed mill-pilastri fl-adozzjoni tal-politika tal-Ministeru, politika li twettqet bil-fatti fl-aħħar erba snin. Matul dawn is-snin il-Ministeru, permezz tar-riżorsi umani fi ħdanu, wettaq numru sostanzjali ta’ proġetti f’dan ir-rigward u l-poplu llum jista’ jara b’għajnejh li din il-politika qed tħalli l-frott u qed twassal għal aktar zoni msebbħa u mtejba. Il-Ministru ghar-Rizorsi u l-Infrastruttura, l-Onor. Ninu Zammit qal dan meta kien qed iżur l-aħħar xogħlijiet ta’ tisbiħ li qed isiru fl-aħħar fażi tal-promenade fiz-zona magħrufa bhala Ta’ l-Għażżenin f’San Pawl il-Baħar.
Ix-xogħlijiet fuq il-promenade li minn Buġibba twasslek sal-knisja tax-Xemxija nbdew fl-2003, permezz tal-proġett ta’ Dawret il-Gżejjar f’Buġibba. Wara li tlesta dan il-proġett bejn l-2005 u l-2006 saru xogħlijiet fuq il-bini mill-ġdid tal-promenade tax-Xemxija u issa kien fadal l-aħħar parti fiz-zona ta’ fejn l-iskola primarja li tibqa sejra sal-Klabb tal-Boċċi. Ix-xogħlijiet ta’ tisbih kellhom għan principali, dik li z-zona titjieb fuq l-ogħla livelli possibli u l-aċċess għall-pubbliku f’passiġġata max-xatt ikun wieħed aċċettabli u sahan. L-investiment totali tal-Gvern fuq din iz-zona fl-aħħar tlett snin u nofs jaqbez l-Lm400,000 (€ 931,749) u dan hu xhieda ta’ kemm il-gvern bil-fatti jemmen fil-potenzjal ta’ din il-parti ta’ pajjizna. Permezz tax-xogħol li sar, iz-zona turistika li kienet limitata biss għal Buġibba issa giet estiża sax-Xemxija.
Meta kien qed jispjega x-xogħlijiet li saru f’din il-parti tal-promenade l-Ministru Ninu Zammit, spjega li kif isir f’xogħlijiet simili, fil-bidu tneħħiet il-bankina li kien hemm, ġew mgħoddija pajpijiet li jistgħu jintużaw għal xi servizzi fosthom pajpijiet għall-cables għas-sistema tad-dawl u pajpijiet li se jilqgħu l-ilma tax-xita. Sussegwentement bdiet tinbena l-promenade li tinkludi kostruzzjoni ta’ bollards tal-konkos li jservu ta’ lqugħ tal-promenade mix-xatt. It-tul tal-promenade hu ta’ madwar 300 metru u l-area tal-pavimentar hi ta’ ‘l fuq minn 600 metru kwadru. Wara li tlesta l-pavimentar gew mpoġġija numru ta’ bankijiet u ġew installati railings dekorattivi. Wara li jitlesta kollox se jitpoġġew arbli tad-dawl dekorattivi simili għal dawk li tpoġġew tul il-promenade tax-Xemxija.
L-investiment totali fuq din l-aħħar part ital-promenade tlaħħaq għal madwar Lm50,000 (€ 116,468) li minnhom, kif sar fil-fażi ta’ qabel, il-Kunsill Lokali ta’ San Pawl il-Bahar qed joħroġ il-materjal li jammonta għal madwar Lm15,000 (€34,940) u l-kumplament qed joħorgu l-Ministeru permezz tal-ħaddiema u affarijiet oħra relatati bħal bankijiet, railings u dustbins.
Ftehim ieħor mal-Kunsill fuq din iz-zona kien ikopri l-manutenzjoni tal-promenade u l-pjazza ta’ Buġibba fejn fl-aħħar xhur inżebaħ mill-ġdid il-promenade kollu, gew miżbugħa mill-ġdid l-arbli dekorattivi u r-ralings u ssewwew il-ħsarat kollha tal-banikini tad-dawra b’mod partikolari fil-pjazza. Fil-preżent għaddejjin ukoll xogħlijiet ta’ tiswija fuq il-ħajt ta’ l-entratura ta’ Buġibba fejn qed jitbaxxa sabiex din iz-zona tingħata dehra aħjar. Dawn ix-xogħlijiet twettqu kollha fi zmien stipulat mill-ħaddiem tal-Ministeru u qabel l-istaġun u saret enfazi partikolari sabiex dawn jintemmu qabel is-Sajf.
Fl-aħħarnett il-Ministru Ninu Zammit tenna li dan il-proġett hu wieħed minn sensiela ta’ progetti li qed isiru u li huma programmati li jitwettqu din is-sena fosthom il-kostruzzjoni ta’ belvedere minn Wied iz-Zurrieq sa Ħagar Qim, liema proġett inbeda u miexi b’ritmu mgħaġġel u l-kostruzzjoni mill-gdid tal-promenade f’Xatt is-Sajjieda f’MarsaxlokkOther Press Releases:
PR261960
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU Il-Prim Ministru Robert Abela ji...
PR261959en