Left arrow Go Back

It-Tfal ta’ l-Iskejjel ifakkru l-50 Anniversarju tat Trattat ta’ Ruma

PR0645
Date Icon 04/05/2007

Il-Ministru għall-Affarijiet Barranin Michael Frendo ħa sehem f’rally għat-tfal ta’ l-iskejjel biex jitfakkar il-50 Anniversarju mill-Iffirmar tat-Trattat ta’ Ruma li waqqaf il-Komunita’ Ewropea. 

F’indirizz qasir lit-tfal preżenti l-Ministru Frendo spjega li l-Unjoni Ewropea li kienet il-ħolma ta’ numru ta’ politiċi Ewropej saret realta’ fl-1957 u dan fisser 50 sena ta’ paċi u progress li minnhom gawdew il-popli Ewropej.  Malta llum hi parti minn din ir-realta’ u dan fetaħ possibiltajiet kbar għat-tfal u ż-żgħażagħ Maltin li issa jistgħu jħarsu lejn il-futur b’aktar fiduċja. 

Il-Ministru Frendo stieden lit-tfal Maltin biex huma wkoll jagħtu s-sehem tagħhom u jkomplu joħolmu kif għamlu dawk ta’ qabilna, biex jaraw kif jistgħu jtejjbu l-futur ta’ l-Unjoni Ewropea u ta’ pajjiżna. 

Diskorsi oħra ta’ l-okkażjoni saru mis-Sur Frans Borg, Segretarju Permanenti fil-Ministeru ta’ l-Edukazzjoni, Żgħażagħ u Impjiegi u minn Dr. Cecilia Borg, Direttur Ġenerali ta’ l-Edukazzjoni. 

Matul in-nofs ta’ nhar, iż-żeffiena ta’ Alison Ellul Dance Studio taw wirjiet ta’ żfin filwaqt li studenti minn diversi skejjel sekondarji taw wirjiet f’diversi dixxiplini sportivi.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  Il-Prim Ministru Robert Abela jinawgura investiment ta’ €50 miljun f’San Ġiljan

PR261960

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU Il-Prim Ministru Robert Abela ji...

PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER  The Speaker of the House of Representatives Meets Ambassadors of Guatemala, Lebanon and Vietnam

PR261959en

PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER The Speaker of the House of Rep...

More Press Releases Right arrow