Left arrow Go Back

L-Ambaxxatur Malti għal Andorra jippreżenta l-Kredenzjali

PR0635
Date Icon 03/05/2007

L-Ambaxxatur Malti fi Spanja, Gaetan Naudi, ipprezenta l-kredenzjali tiegħu bħala Ambaxxatur Malti mhux residenti għal Andorra, lill-President Jacques Chirac, Prinċep Konġunt ta’ Andorra.  Il-preżentazzjoni saret nhar il-Ħamis 26 ta’ April. 

Għal din iċ-ċerimonja li nżammet fil-Palazz Elysee f’Pariġi, kienu preżenti numru ta’ personalitajiet mill-Gvern ta’ Andorra, fosthom il-Prim Ministru tal-pajjiż, Albert Pintat, il-Ministru ta’ l-Affarijiet Barranin, Kultura u Kooperazzjoni Juli Minoves Triquell u l-Ministru tas-Saħħa, Sigurta’ Soċjali u Familja, Montserrat Gil Torne. 

Il-preżentazzjoni tal-kredenzjali mill-ambaxxatur Naudi lill-Prinċep Konġunt l-ieħor ta’ Andorra, Joan Enric Vives i Sicilia, mistennija ssir fi ftit ġimgħat oħra fis-Seu d’Urgell fi Spanja. 

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  Il-Prim Ministru Robert Abela jinawgura investiment ta’ €50 miljun f’San Ġiljan

PR261960

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU Il-Prim Ministru Robert Abela ji...

PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER  The Speaker of the House of Representatives Meets Ambassadors of Guatemala, Lebanon and Vietnam

PR261959en

PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER The Speaker of the House of Rep...

More Press Releases Right arrow