Zieda ta’ 13.7% fis-self tal-banek lill-attivita kummercjali
“Filwaqt li f’pajjiżna għandna suq finanzjarju liberalizzat, fejn il-Gvern huwa biss ir-regolatur u mhux iżjed sid il-banek lokali, hija l-intenzjoni tal-Gvern li jara li f’pajjiżna jibqa’ jiġi mtejjeb l-aċċess għall-finanzi għal min investa fin-negozju.” Dan intqal mis-Segretarju Parlamentari għan-Negozji Żgħar u s-Self Employed, Edwin Vassallo, fil-ftuħ ta’ konferenza dwar l-aċċess għall-finanzi għal negozji żgħar.
Preżenti wkoll għall din il-konferenza kien hemm rappreżentanti mill-banek kummerċjali ewlenin, il-BOV u l-HSBC, li wkoll taw preżentazzjoni dwar pakketti offruti lil negozji żgħar u dwar l-aċċess għall-finanzi għal dan is-settur, kif ukoll rappreżentant mill-MACM (Malta Association of Credit Management) li ta preżentazzjoni dwar kif in-negozji għandhom joqgħodu attenti meta jiddejnu jew jagħtu prodotti fuq sistema ta’ kreditu. Kien hemm preżenti wkoll rappreżentanti ta’ assoċjazzjonijiet tan-negozju, fost l-oħrajn, l-FOI, iċ-Chamber of Commerce and Enterprise, l-MHRA, il-MIM, il-Malta Enterprise, l-APEX, u l-MEA.
Rappreżentati wkoll kienu d-dipartimenti tad-Dwana u l-VAT, kif ukoll l-ETC, kif ukoll numru ta’ studenti mill-Institute for Business and Commerce ta’ l-MCAST.
L-Onor. Vassallo qal li “l-Gvern għandu politika ta’ appoġġ u għajnuna li hija waħda ċara li tiddiskrivi l-impenn u r-responsabilita’ tiegħu favur self-employed u sidien tan-negozji żgħar. In-negozji mikro, li jħaddmu anqas minn għaxar persuni, jagħmlu 96% mill-entitajiet kummerċjali kollha. Il-politika tal-Gvern favur dan is-settur hekk mifrux fl-ekonomija ta’ pajjiżna, hi spjegata sew fil-Pjan ta’ ħidma li jiġi ppubblikat kull sena.” Is-Segretarju Parlamentari Edwin Vassallo kompla biex ta aktar informazzjoni dwar kif inhu mqassam dan il-Pjan ta’ Ħidma, u dwar l-għaxar sezzjonijiet ta’ dan il-pjan, li ‘aċċess għall-finanzi’ hu propju wieħed minnhom’.
Is-Segretarju Parlamentari Edwin Vassallo kompla jgħid li “qegħdin fi żmien li fih nistgħu nibdew nagħżlu u ma nibqgħux bil-mentalita’ li kollox jgħaddi. Mhux kull negozju huwa sostenibbli u l-aċċess għall-finanzi bil-għaqal u skrutinju għaqli jista’ verament iwassal biex f’pajjiżna jkollna iżjed ħafna negzoji ta’ l-istess xorta iżda nibdew inkunu aktar innovattivi. Huwa minnu li n-numru ta’ negozji żdied, huwa minnu li għandna min jgħid li għandna saturation point ta’ ċerti negozji, u negozji li hawn min jaħseb li m’hawnx post għal iżjed, iżda jiena ta’ l-opinjoni li f’pajjiżna għandna lok għal żieda akbar ta’ negozji iżda hemm bżonn ta’ aktar negozji innovattivi li huma differenti minn dawk il-ħafna li diġa għandna bħalhom.”
It-tkabbir fl-attivita’ kummerċjali u t-tkabbir fis-self tal-banek lejn is-settur privat imorru flimkien. Dan ghaliex xejriet pożittivi fl-ekonomija huma riflessi ukoll fi tkabbir tas-self operattiv lill-privat. Għaldaqstant, wieħed jinnota b’sodisfazzjoni li fl-2006 is-self tal-banek kummerċjali lis-settur privat kiber bi 13.7% fuq is-sena ta’ qabel. Din iż-żieda hija riflessa fuq is-setturi kollha ta’ l-ekonomija u hija żieda ta’ self operattiv (għal kuntrarju ta’ self ieħor li mhux daqstant produttiv - Non Operating Loans – NPL).
F’Settembru 2006, is-self lis-settur kummercjali biss ilaħħaq total ta’ Lm 1,273.8 miljuni (€2,883.3 miljun). It-tkabbir huwa rifless fl-iskeda hawn taħt.
Total Claims (of which loans and advances) |
Other Press Releases:
PR261960
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU Il-Prim Ministru Robert Abela ji...
PR261959en