Left arrow Go Back

REĠISTRU ELETTORALI PPUBBLIKAT FIL-GAZZETTA TAL-GVERN

PR0626
Date Icon 02/05/2007

Il-Kummissjoni Elettorali tinforma lil kulħadd li għadu kemm ġie ppublikat ir-Reġistru Elettorali rivedut għall-Elezzjoni Ġenerali u għall-Kunsilli Lokali kif ukoll ir-Reġistru Elettorali ta’ l-Unjoni Ewropea fil-Gazzetta tal-Gvern tat-30 ta’ April, 2007.  Kull min kellu l-kwalifiki meħtieġa biex ikun reġistrat bħala votant skond id-dispożizzjonijiet ta’ l-Att XXI ta’ l-1991, dwar l-Elezzjonijiet Ġenerali, u/jew skond l-Att XV ta’ 1993 dwar Kunsilli Lokali u/jew skond l-Att XVI tal-2003 dwar l-Elezzjoni għall-Parlament Ewropew, sad-data ta’ l-egħluq, il-31 ta’ Marzu, 2007 u ismu ma ġiex inkluż fir-Reġistru rispettiv u kull votant li ismu, l-indirizz jew xi partikolaritajiet tiegħu m’humiex murija b’mod korrett, għandu, skond l-artikolu  39 ta’ l-Att XXI ta’ l-1991, sa nhar it-Tnejn il-21 ta’ Mejju, 2007, sabiex jagħmel appell lill-Uffiċjal Reviżur biex ismu jiġi nkluż jew issirlu korrezzjoni fil-partikolaritajiet tiegħu fir-reġistru elettorali rispettiv. 

Kull votant reġistrat li:- 

1.     Jgħid li minħabba xi raġuni legali, l-isem ta’ xi persuna għandu jinqata’ barra mir-reġistru għax din m’għandhiex il-kwalifiki neċessarji; jew

2.   Jgħid li l-isem, l-indirizz jew xi partikolaritajiet oħra rispettivi ta’ xi persuna m’humiex murija b’mod korrett fir-reġistru; 

jista’ ukoll skond l-artikolu 40 ta’ l-Att XXI ta’ l-1991 kif amendat b’Att XV ta’ l-1996 jagħmel appell għal dan il-għan lill-Uffiċjal Reviżur sa nhar it-Tnejn, il-21 ta’ Mejju, 2007. 

Kull persuna li tixtieq tagħmel appell lill-Uffiċjal Reviżur tista’ tikseb għajnuna mill-Uffiċċju Elettorali.  Kulħadd huwa mfakkar dwar l-importanza li jivverifika li ismu ġie nkluż fir-Reġistru Elettorali.  Jekk dan ma jsirx jista’ jiġri li persuna ma tkunx intitolata għall-vot meta jsiru elezzjonijet, kemm Ġenerali kif ukoll għall-Kunsilli Lokali, għall-Parlament Ewropew jew Referenda. 

Lista tal-persuni kollha reġistrati bħala votanti f’kull belt jew raħal ser tkun fl-Għases tal-Pulizija, fl-Uffiċċji tal-Kunsilli Lokali u fl-Uffiċċju Elettorali. 

Ta’ min jinnota li Uffiċjal Reviżur jista’ jordna li l-isem ta’ xi persuna jiġi nkluż, jew li ssir korrezzjoni ta’ isimha, l-indirizz jew xi partikolaritajiet oħra tagħha fir-Reġistru jew li titħassar ir-reġistrazzjoni tagħha mir-reġistru minkejja li ma tkun saret ebda applikazzjoni minn qabel lill-Kummissjoni għal dak il-għan.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  Il-Prim Ministru Robert Abela jinawgura investiment ta’ €50 miljun f’San Ġiljan

PR261960

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU Il-Prim Ministru Robert Abela ji...

PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER  The Speaker of the House of Representatives Meets Ambassadors of Guatemala, Lebanon and Vietnam

PR261959en

PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER The Speaker of the House of Rep...

More Press Releases Right arrow