Left arrow Go Back

Esperjenza pożittiva mill-Environmental Landscapes Consortium (ELC)

PR0613
Date Icon 27/04/2007

Aktar ma jgħaddi ż-żmien aktar qed jikber ir-rikonoxximent għall-esperjenza pożittiva tal-Environmental Landscapes Consortium (ELC).  Dan hu dovut għax-xogħol siewi u importanti li qed iwettaq il-konsorzju.  Dan ix-xogħol jinkludi żviluppi mportanti fil-mixtla ta’ Wied Incita li qed iwassal biex dan is-sit ikompli jiżviluppa u jieħu dehra isbah, liema xogħol sar kollu mill-haddiema ta’ l-ELC. F’Wied Inċita llum issib iktar minn 100,000 arbuxell (shrubs), mal-50,000 siġra u jiffjorixxu man-nofs miljun fjura fis-sena. Mill-1 ta’ Jannar, tħawwlu mal-95,000 fjura, 26,000 arbuxell u xi 1,500 sigra. 

Dan qalu l-Ministru għall-Affarijiet Rurali u l-Ambjent George Pullicino meta llum żar il-Mixtla ta’ Wied Inċita fl-okkażjoni ta’ Open Day li l-Environmental Landscapes Consortium ser torganizza nhar il-Ħadd 29 ta’ April, 2007.   Din se tkun it-tielet open day li se tkun qed issir f’din il-faċilita’. 

L-Onor. Pullicino qal li l-iżvilupp fil-Mixtla f’Ħ’Attard huwa kontinwu. Bħalissa qed jinbena mpjant ta’ struttura għall-produzzjoni, b’kapaċita’ ta’ 40,000 siġra oħra sabiex jiġu riservati għall-proġetti futuri ta’ tisbiħ. Bħalissa wkoll qed jiġu mmodernizzati u mkabbra l-faċilitajiet preżenti fejn jigu propagati xtieli u anke ser titwaqqaf stock unit apposta  bil-għan li wħud minn dawn ix-xtieli jkunu esportati lejn pajjiżi fl-Unjoni Ewropea. Flimkien mal-micro-propagation unit li jinsab Ħal-Lija, qed isir xogħol fuq root stock li tkun ħielsa minn viruses għall-produzzjoni taċ-ċitru li se jkun imkabbar mhux biss għall-Malta iżda wkoll għal Sqallija.  

Il-Ministru Pullicino ħabbar li l-pjani għall-futur jinkludu aktar investiment fit-taħrig ta’ l-istaff kemm mil-lat tekniku u amministrattiv biex l-operat ikun iktar innovattiv u konformi ma’ sistemi regolatorji ta’ l-Unjoni Ewropea.  Hu qal ukoll li Wied Inċita llum jikkonsisti minn art ta’ 125 tommna.  F’erba’ snin u nofs ġew ikkultivati żewġ terzi tas-sit. Il-kumplament iżda mhux kummerċjalment tajjeb għall-iżvilupp u b’hekk dawn l-inħawi huma riservati għall-afforestazzjoni.   Hemm il-ħsieb li din it-terz ta’ l-art mhux żviluppata tintuża għall-Agrituriżmu. 

Fost affarijiet oħra, ser jinbena wkoll razzett tradizzjonali biex min iżur il-post jieħu idea ċara ta’ kif żvolġa dan is-settur permezz ta’ l-innovazzjoni.   Il-Ministru Pullicino temm jgħid li huwa importanti li jsiru open days f’dawn il-faċilitajiet li jippermettu lill-pubbliku li jara b’għajnejh l-iżvilupp li jkun għaddej.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  Il-Prim Ministru Robert Abela jinawgura investiment ta’ €50 miljun f’San Ġiljan

PR261960

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU Il-Prim Ministru Robert Abela ji...

PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER  The Speaker of the House of Representatives Meets Ambassadors of Guatemala, Lebanon and Vietnam

PR261959en

PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER The Speaker of the House of Rep...

More Press Releases Right arrow