Left arrow Go Back

kompli s-suċċess għat-tielet sena ta’ l-esportazzjoni tal-patata lejn il-Ġermanja

PR0596
Date Icon 26/04/2007

Is-Segretarju Parlamentari responsabbli għall-Biedja u s-Sajd, Dr Francis Agius, kien mistieden f’Berlin il-Ġermanja biex jippreżenta b’mod simboliku l-ewwel xkora ta’ patata esportata minn Malta għal din is-sena lill-Kumpanija Jansen-Dongen Edika. 

Dr Agius qal li minkejja li Malta diġa tesporta lejn l-Olanda u li dan is-suq hu wieħed b’saħħtu, jinnota b’sodisfazzjon li għat-tielet sena konsekuttiva l-bdiewa Maltin u Għawdxin qed jirnexxilhom jisfruttaw swieq ġodda bħalma hu dak tal-Ġermanja.   Dr Agius qal li bid-dħul ta’ Malta fl-Unjoni Ewropea, mhux biss spiċċaw il-kwoti li kienu jillimitaw l-esportazzjoni, imma saħansitra qed jingħataw opportunitajiet ġodda biex jkabbru s-swieq għall-prodotti tagħhom. 

F’Malta hawn iktar minn 800 bidwi li jipproduċu l-patata. Dr Agius faħħar lid-diriġenti ta’ l-Agricultural Cooperative Ltd (ACL), li kienu preżenti fil-Ġermanja għal din il-preżentazzjoni, għall-impenn li qed juru biex il-patata lokali Maltija  tkun esportata u għall-isem tajjeb li qed jagħmlu fil-Ġermanja. 

Matul is-sena li għaddiet ġew esportati iktar minn 5,000 tunellata ta’ patata. L-indikazzjonijiet huma li l-prodott Malti sejjer tajjeb fil-linja ta’ Supermarkets Edika Group fil-Ġermanja fejn is-suq qiegħed dejjem  jikber qal Dr. Agius. Dan huwa suq liberu u diġa’ qegħdin nitgħallmu minn dan. Il-Bidwi Malti qed jirnexxilu jkabbar prodott ta’ kwalita’ u li din qed tkabbar il-fiduċja fil-prodott Malti.  

Il-Gvern ħadem bla waqfien u sab il-koperazzjoni sħiħa tal-bdiewa, li permezz tat-twaqqif ta' tlett għaqdiet tal-produtturi, llum jistgħu jinnegozjaw aħjar il-prodotti tagħhom biex jiksbu prezzijiet aħjar, temm jgħid Dr Agius.
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER  The Speaker of the House of Representatives Meets Ambassadors of Guatemala, Lebanon and Vietnam

PR261959en

PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER The Speaker of the House of Rep...

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-ISPEAKER  L-Ispeaker tal-Kamra tad-Deputati jiltaqa’ mal-Ambaxxaturi tal-Guatemala, il-Libanu u l-Vjetnam

PR261959

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-ISPEAKER L-Ispeaker tal-Kamra tad-Deputati jil...

More Press Releases Right arrow