Left arrow Go Back

‘Website’ b’differenza għas-settur turistiku Malti

PR0580
Date Icon 24/04/2007

“Is-suċċess fit-turiżmu jiġi jekk il-prodott ikun wieħed tajjeb, jekk il-promozzjoni tkun waħda kontinwa u li tilħaq lil min ikun irid jivjaġġja u jekk ikun hemm il-mezzi biex it-turist jinġieb lejn pajjiżna. Jekk xi waħda minn  dawn il-komponenti ma taħdimx tajjeb allura s-suċċess ma jkunx dak li lkoll nixtiequ.”

Dan tennieh il-Ministru għat-Turiżmu u Kultura Francis Zammit Dimech meta nieda is-supercities.eu website waqt konferenza ta’ l-aħbarijiet fiċ-Ċinema ta’ St James Cavalier, il-belt Valletta. 

Il-www.supercities.eu hi website ġdida għal marketing ta’ Malta bħala destinazzjoni turistika. Din hi website b’differenza għaliex il-kontenut tagħha ser ikun magħmul kollu minn videos professjonali u mhux minn stampi. 

Il-Ministru għat-Turiżmu u Kultura qal li wara l-introduzzjoni tal-low cost carriers in-numru ta’ turisti li żaru pajjiżna fix-xhur tax-xitwa ta’ bejn Novembru u Frar ta’ din is-sena żdiedu b’6 fil-mija fuq l-istess perijodu tas-sena l-oħra u b’6.7 fil-mija fuq l-istess perijodu ta’ sentejn ilu. “Iċ-ċifri li joħorgu mill-Ajruport Internazzjonali ta’ Malta juru li kemm f’Marzu kif ukoll dan ix-xahar komplejna b’dan ir-ritmu tajjeb. L-introduzzjoni tal-low cost carriers għamlet d-differenza fuq in-numru ta’ turisti li żaru pajjiżna u jirriżulta li qed tagħmel differenza anke fl-infiq. L-introduzzjoni ta’ żewġ titjiriet fil-ġimgħa permezz tal-low cost carrier ‘Clickair’ ser tiftħilna suq ġdid u importanti minn Barċellona u għandha tkompli żżid n-numru ta’ turisti li jżuruna,” tenna l-Ministru Zammit Dimech. 

Il-Ministru Zammit Dimech qal li filwaqt li l-Gvern irid iżomm bilanċ bejn il-legacy carriers, il-low cost carriers u t-tour operators ser tkompli ssir ħidma biex inkabbru s-sehem tagħna minn turisti li jivvjaġġjaw fuq low cost carriers għaliex din hi r-realtà turistika ta’ żminijietna u għaliex dan hu mezz ta’ vvjaġġar li llum qiegħed jikber. 

“Il-prodott li qed noffru wkoll qed jitjieb. Dan qed isir mhux biss billi qed jiżdied in-numru ta’ lukandi ta’ l-ogħla livell, bit-titjib ta’ l-infrastruttura, proġetti ta’ tisbiħ, restawr u riabiltazzjoni iżda anke billi kull ma jmur qed immorru għal turiżmu orjentat lejn attivitajiet ta’ kalibru internazzjonali li saru jimlew il-kalendarju kulturali u artistiku ta’ pajjiżna,” tenna l-Ministru Zammit Dimech. 

Il-Ministru għat-Turiżmu u Kultura tkellem ukoll dwar il-promozzjoni ta’ Malta barra l-pajjiż. Hu qal li f’dawn l-aħħar xhur l-Awtorita’ għat-Turiżmu ta’ Malta żiedet il-promozzjoni ta’ pajjiżna l-aktar fis-swieq ewlenin tagħna. Hu qal li l-MTA nediet ukoll il-VisitMalta Portal li għandu jtejjeb bis-sħiħ il-kompetittività tas-settur turistiku f’pajjiżna billi min ikun irid jżur Malta ikun jista’ jibbukkja titjiriet, lukandi u servizzi oħra. Hu qal li dan il-portal għandu wkoll jikkontribwixxi lejn kampanja pubbliċitarja favur pajjiżna billi jservi ta’ shopping mall enormi għal Malta u Għawdex  u jippreżenta lit-turist online b’għażliet diversi li għandhom jwassluh biex jippjana u  l-vaganza li jkun  irid. 

“Iż-żieda tat-www.supercities.eu se tagħti kontribut qawwi ieħor għas-settur turistiku billi se tkun xi ħaġa differenti minn websites oħrajn u billi ser tkun bażata fuq videos u mhux stampi,” tenna l-Ministru Zammit Dimech. 

Il-Ministru għat-Turiżmu u Kultura qal li s-settur turistiku f’pajjiżna minn dejjem kien immexxi fil-parti l-kbira mis-settur privat u għalhekk kull inizjattiva li jieħu l-privat biex aktar turisti jżuruna kienet ta’ min jirrikmandaha. Hu qal li minn naħa tagħha l-MTA kienet tappoġġja inizjattivi bħal din għaliex kien permezz ta’ kollaborazzjoni bejn l-istakeholders li s-settur turistiku seta’ jkompli jmur ’il quddiem. 

Il-Ministru għat-Turiżmu u Kultura feraħ lill-promoturi tal-website għal dan il-proġett filwaqt li awguralhom kull suċċess f’din l-inizjattiva tagħhom.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER  The Speaker of the House of Representatives Meets Ambassadors of Guatemala, Lebanon and Vietnam

PR261959en

PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER The Speaker of the House of Rep...

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-ISPEAKER  L-Ispeaker tal-Kamra tad-Deputati jiltaqa’ mal-Ambaxxaturi tal-Guatemala, il-Libanu u l-Vjetnam

PR261959

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-ISPEAKER L-Ispeaker tal-Kamra tad-Deputati jil...

More Press Releases Right arrow