MALTA TIDĦOL FL-AKKADEMJA TAD-DRITT EWROPEW (ACADEMY OF EUROPEAN LAW)
F’ċerimonja fit-18 ta’ April 2007, Malta daħlet bħala membru ta’ l-Akkademja tad-Dritt Ewropew li s-sede tagħha hi fil-belt ta’ Trier, fil-Ġermanja.
L-Akkademja hi istituzzjoni li ma tagħmilx profitt, li tgħin fit-tagħlim u t-tixrid ta’ tagħrif dwar leġiżlazzjoni Ewropea.
Il-Viċi Prim Ministru u Ministru tal-Ġustizzja u l-Intern Dr Tonio Borg u l-President ta’ l-Akkademja Jacques Santer iffirmaw il-ftehim li bih il-Gvern Malti sar ukoll sponsor ta’ din l-Akkademja kif inhuma l-maġġoranza ta’ l-Istati Membri ta’ l-Unjoni Ewropea.
Bis-saħħa ta’ din l-isħubija, imħallfin, ġudikanti, membri tal-professjoni legali, u impjegati pubbliċi jistgħu jgawdu minn korsijiet ta’ tagħlim u taħriġ fil-liġi Ewropea u minn rati preferenzjali għal min jattendi għal dawn il-korsijiet.
Preżenti għaċ-ċerimonja tal-firma tal-ftehim kien hemm iż-żewġ imħallfin Maltin fil-Qorti Ewropea tal-Ġustizzja, l-Imħallef Anthony Borg Barthet, u l-Imħallef Ena Cremona kif ukoll id-Direttur ta’ l-Akkademja Dr Wolfgang Heusel.
Other Press Releases:
PR261959en
PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER The Speaker of the House of Rep...
PR261959