Left arrow Go Back

Dsatax-il Nutar Pubbliku jieħdu l-warrant

PR0570
Date Icon 23/04/2007

Il-Viċi Prim Ministru u Ministru tal-Ġustizzja u l-Intern Dr Tonio Borg illum qassam il-warrant lil dsatax-il Nutar Pubbliku waqt ċerimonja qasira li saret fil-Ministeru tal-Ġustizzja u l-Intern. 

Il-Ministru Borg, filwaqt li feraħ lin-Nutara li ħadu l-warrant, fisser kif is-sistema kontinentali ta’ Nutar Pubbliku tagħti bixra aktar serja lill-iffirmar ta’ kuntratti u affarijiet oħra li jenħtieġu preżenza notarili.  

Huwa appella lin-nutara l-ġodda sabiex jibqgħu dejjem indipendenti u josservaw l-etika u l-irġulija – karatteristiċi ewlenin ta’ kif għandu jkun nutar tajjeb.  

Matul  din iċ-ċerimonja kienu preżenti wkoll is-Segretarju Parlamentari Dr Carmelo Mifsud Bonnici, is-Segretarju Permanenti s-sur Charles Deguara, in-Nutar tal-Gvern Dr Cora Vella u l-president tal-Kullegg Notarili Dr Roland Wadge.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER  The Speaker of the House of Representatives Meets Ambassadors of Guatemala, Lebanon and Vietnam

PR261959en

PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER The Speaker of the House of Rep...

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-ISPEAKER  L-Ispeaker tal-Kamra tad-Deputati jiltaqa’ mal-Ambaxxaturi tal-Guatemala, il-Libanu u l-Vjetnam

PR261959

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-ISPEAKER L-Ispeaker tal-Kamra tad-Deputati jil...

More Press Releases Right arrow