Left arrow Go Back

Ikompli Jikber in-Numru ta’ Self ta’ Kotba mill-Libreriji Pubbliċi

PR0568
Date Icon 23/04/2007

“Il-ktieb huwa l-akbar ħabib – frażi li nisimgħu ta’ spiss, mimlija sustanza u  li ġiegħlek tirrifletti. Il-ktieb ikellmek bil-kontenut tiegħu, jgħallmek, jhennik u jinfurmak.  Hekk hu t-trepid li fuqu hija mibnija l-missjoni tad-Dipartiment tal-Libreriji, li tiġbor fiha l-aspetti ta’ edukazzjoni, informazzjoni u rikreazzjoni” qal il-Ministru ta’ l-Edukazzjoni, Żgħażagħ u Xogħol, Dr. Louis Galea, fl-okkażjoni tal-Jum Dinji tal-Ktieb. Bħala parti minn din iċ-ċelebrazzjoni l-Ministru Galea qassam numru konsiderevoli ta’ kotba mil-Librerija Pubblika Ċentrali lil-libreriji Reġjonali u dawk Friegħi.

Il-Libreriji Reġjonali u dawk Friegħi ta’ Malta u Għawdex, permezz tal-ftehim ta’ ko-operazzjoni bejn id-Dipartiment tal-Libreriji u dak tal-Kunsilli Lokali, qed ikunu mgħammra sew bil-kotba varji u b’servizz eċċellenti. Minbarra l-ktieb il-Librerija Pubblika Ċentrali qed tforni ruħha b’materjal awdjo-viżiv. Qed tuża l-mezzi tal-kompjuter sabiex tilħaq lil kull tip ta’ persuna. Fil-Librerija llum insibu sezzjoni li qed toffri software ta’ għajnuna kbira fil-Multimedia Library għal dawk il-persuni bid-dyslexia. Numru kbir ta’ tape cassettes varji u nteressanti qed jintbagħtu bil-posta b’xejn lil dawk il-persuni neqsin mid-dawl, jew li ma jafux jaqraw jew ibagħtu biex jaqraw, u lill-adulti li jinsabu d-dar u ma jistgħux joħorġu. Dan qed isir sabiex id-Dipartiment tal-Libreriji jilħaq il-viżjoni tiegħu li hi bbażata fuq żewġ binarji, dik li tikkumbatti l-illitteriżmu u li kull ċittadin ikun miktub fil-Librerija sabiex il-familja li tħobb il-ktieb tikber u tissaħħaħ.

Fis-sena 2006 ġew mislufa 811,385 ktieb mill-libreriji fi ħdan id-Dipartiment tal-Libreriji, qabża ta’ madwar 26,000 ktieb iżjed mis-sena 2005. Fil-lat tar-riċerka, il-figuri juru li kien hemm żieda fin-numru ta’ persuni li ġew il-Librerija sabiex ifittxu minn kotba ta’ referenza materjal għall-proġetti jew għall-kotba li kienu qed jikkompilaw.

Il-libreriji qed joperaw sistema ta’ ‘One stop shop’, għalhekk kull min jixtieq li jinkiteb fil-librerija m’għandux bżonn iċ-ċertifikati tat-twelid mid-Dipartiment tar-Reġistru Pubbliku u jkun jista’ jissellef il-kotba mill-ewwel. Tiġdid tal-kotba jista’ jsir kemm bit-telefon jew via il-webpage tad-Dipartiment.

Il-Librerija Pubblika Ċentrali kienet l-ewwel entità Governattiva fid-Dipartiment tal-Libreriji li ġiet fdata  bi “Quality Service Charter” fis-sena 1999.  Ftit żmien wara dan il-“Quality Service Charter” ġie mogħti wkoll lill-Bibljoteka Nazzjonali.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER  The Speaker of the House of Representatives Meets Ambassadors of Guatemala, Lebanon and Vietnam

PR261959en

PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER The Speaker of the House of Rep...

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-ISPEAKER  L-Ispeaker tal-Kamra tad-Deputati jiltaqa’ mal-Ambaxxaturi tal-Guatemala, il-Libanu u l-Vjetnam

PR261959

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-ISPEAKER L-Ispeaker tal-Kamra tad-Deputati jil...

More Press Releases Right arrow