L-artiġjanat fil-manifattura ta’ l-għamara Maltija huwa ta’ kwalita’ li kapaċi tikkompeti ma’ prodotti simili minn pajjiżi barranin
“Il-Gvern taħt it-tmexxija tal-Prim Ministru Lawrence Gonzi qed jinvesti bi sħiħ fl-iżvilupp tal-qasam edukattiv. Fil-Kulleġġ ta’ l-MCAST qiegħed isir l-akbar investiment b’mod innovattiv biex il-ħila ta’ l-artiġjanat tkun imżewqa aħjar mal-ħila professjonali li jeħtieġ il-proċess tal-manifattura llum,” qal il-Ministru ta’ l-Edukazzjoni, Żgħażagħ u Xogħol waqt li kien qed jitkellem fil-ftuħ ta’ wirja ta’ għamara fiċ-Ċentru tal-Kreattivita’ Kavalier San Ġakbu. Il-Ministru Louis Galea kien akkumpanjat ukoll mis-Segretarju Parlamentari għan-Negozji Żgħar u s-Self Employed, Edwin Vassallo.
“Is-sengħa u l-artiġjanat, kwalita’ u attenzjoni għad-disinn huma l-objettiv ta’ din il-wirja. Il-parteċipanti, li huma l-mastrudaxxi bħala artiġjani, permezz ta’ din il-wirja, qegħdin iwasslu l-messaġġ li l-artiġjanat Malti fil-manifattura ta’ l-għamara huwa prodott li bħala Maltin għandna għaliex inkunu kburin bih. Għaldaqstant, din il-wirja hija fiha nnifisha messaġġ lill-konsumatur Malti li qed jiġi mitlub japprezza aktar l-artiġjanat Malti fil-manifattura ta’ l-għamara lokali”, żied jgħid is-Segretarju ParlamentariEdwin Vassallo.
“Ninsabu fiċ-Ċentru tal-Kreattivita’ għaliex l-eżibituri qegħdin iħarsu lejn din il-wirja mhux biss bħala wirja ta’ prodotti ta’ għamara fuq livell kummerċjali, iżda bħala wirja li qed turi ħila, kapaċita’, żvilupp ta’ disinn u innovazzjoni. Għalhekk, ċentru ta’ kreattivita’ bħalma hu dan il-post, huwa ħolqa mportanti bejn l-attivita’ kummerċjali u l-impenn ta’ innovazzjoni f’kull min qiegħed fil-proċess tal-manifattura f’pajjiżna,” kompla jgħid is-Segretarju Parlamentari.
Il-poplu Malti, bħala konsumatur, huwa mistieden biex iżur din il-wirja. Din il-wirja qed tiġi mtella’ minn mastrudaxxi artiġjana Maltin msieħba fil-Malta Furniture Manufacturers Organisation, li hija mgħejjuna mill-Malta Enterprise.
B’appell lill-konsumatur Malti, sabiex il-konsumatur Malti jagħżel prodott ta’ għamara Maltija. Dawn l-organizzaturi qegħdin juru li l-prodotti tagħhom huma prodotti ta’ kwalita’ li jikkompetu ma’ prodotti barranin. L-organizzaturi, permezz ta’ din il-wirja, qegħdin jappellaw lill-konsumaturi Maltin biex fl-għażla tiegħu jixtru Malti.
Impjiegi Full-Time
Attivita’ Ekonomika |
Other Press Releases:
PR261959en
PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER The Speaker of the House of Rep...
PR261959