Il-Kumitat Permanenti dwar l-Affarijiet SoĊjali fl-ewwel żjara tiegħu barra minn Malta
Il-Kumitat Permanenti dwar l-Affarijiet Soċjali tal-Parlament Malti gћadu kemm temm l-ewwel żjara tiegћu barra l-pajjiż.
Iż-żjara f'Helsinki hija parti ntegrali mid-diskussjoni dwar l-ekonomija ta´ l-gћerf, ir-riċerka, l-iżvilupp u l-innovazzjoni li gћaddejja fil-Kumitat Parlamentari Malti u kellha l-iskop ewlieni li tifhem minn esperjenzi ta' pajjiż li gћamel suċċess f'dan il-qasam.
Id-delegazzjoni Maltija kellha diskussjonijiet ma’ Esko Aho, eks Prim Ministru tal-Finlandja u President attwali ta' Sitra, l-organizzazzjoni statali li tippromwovi r-riċerka, l-izvilupp u l-innovazzjoni. Il-Finlandja, taћt it-tmexxija ta´ Esko Aho, bejn is-snin 1991 u 1995, ћarget minn riċessjoni ekonomika u ssieћbet fl-Unjoni Ewropea. Aho mexxa ’l quddiem l-qasam tar-riċerka, l-izvilupp u l-innovazzjoni sabiex illum il-Finlandja gћandha storja ta’ suċċess u qed tkun kwotata bћala wieћed mill-aktar pajjizi innovattivi.
Il-Kumitat Malti kellu laqgћat oћra ma’ l-aġenzija Tekes, istituzzjoni governattiva li teċċella fil-qasam tat-teknoloġija avvanzata.
Id-delegazzjoni ltaqgћet ukoll ma’ diversi Kumitati tal-Parlament Finlandiz, fosthom il-Kumitat dwar l-Affarijiet tal-Futur, il-Kumitat dwar l-Affarijiet Soċjali u s-Saħħa, il-Kumitat dwar l-Impjiegi u l-Ugwaljanza, u l-Kumitat dwar l-Edukazzjoni u l-Kultura. Dawn kollha qed ipoġġu s-soċjeta´ ta´ l-informazzjoni u l-ekonomija ta’ l-gћerf fuq quddiem ta´ l-aġenda tagћhom.
Il-Finlandja huwa wieħed mill-pajjizi ż-żgћar li għarfu jisfruttaw l-opportunitajiet li toffri l-ekonomija ta´ l-gћerf. Is-suċċess ta’ dan kienet il-kollaborazzjoni b’saћћitha bejn l-Istat u l-privat, kif ukoll l-promozzjoni tar-riċerka u l-innovazzjoni. Studji kkummissjonati mill-Kumitat dwar l-Affarijiet tal-Futur tal-Finlandja jindikaw biċ-ċar kemm l-ekonomija kibret minn mindu żdied l-investiment f’dan il-qasam.
Id-delegazzjoni tal-Kumitat Permanenti dwar l-Affarijiet Soċjali tmexxiet miċ-Chairman tal-Kumitat, l-Onor. Clyde Puli MP u kienet komposta mill-Onor. Carmelo Abela MP u l-Onor. Frederick Azzopardi MP.
Din iż-żjara seћћet bil-kollaborazzjoni tal-Kunsill Malti gћax-Xjenza u t-Teknoloġija.
Other Press Releases:
PR261959en
PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER The Speaker of the House of Rep...
PR261959