Left arrow Go Back

SIFE MALTA INIEDI PREŻENTAZZJONI TA’ PROĠETTI

PR0541
Date Icon 17/04/2007

Numru ta’ studenti universitarji ħadu sehem fil-preżentazzjoni nazzjonali ta’ din is-sena organizzata minn SIFE (Students In Free Enterprise Malta). SIFE twaqqfet fl-2005 mgħejjuna mill-interess ta’ l-HSBC Bank Malta p.l.c. SIFE tinkoraġġixxi lill-istudenti biex jikkrejaw opportunitajiet ekonomiċi, filwaqt li jiskopru l-potenzjal tagħhom infushom. 

F’din l-attivita` nazzjonali ta’ SIFE, li saret fil-Hilton Conference Centre, l-istudenti ppreżentaw il-proġetti tagħhom lill-ġurija, magħmula min-nies mis-setturi tan-negozju.  Il-proġetti preżentati kienu ‘Artists Wantit’, ‘Euro Changeover’, ‘Green Office’, ‘Today’s Students Tomorrow’s Performer’ u ‘Women Entrepreneurs’.  Il-proġetti jippromwovu temi u eżerċizzji bħal financial literacy, l-intrapriża, start-ups tan-negozju, kapaċitajiet personali, marketing u l-etika fin-negozju.

Il-membri tal-ġurija ta’ SIFE, li kienu Mary L Agius, Kap ta’ Diversity Learning & Development, HSBC Bank Malta p.l.c, Charlo` Bonnici mill-Ministeru ta’ l-Edukazzjoni u David Pace minn KPMG, taw ir-rispons u s-suġġerimenti tagħhom lill-istudenti fuq kif jistgħu jtejbu l-proġetti tagħhom biex dawn iżommu aktar l-udjenza tagħhom.  Il-ħames studenti ta’ SIFE mill-Universita` ta’ Malta se jirrappreżentaw lil Malta fis-SIFE European Symposium li se ssir fil-Polonja aktar tard din is-sena. 

“L-HSBC Group issieħeb ma’ SIFE International f’Marzu ta’ 2005, billi tah l-għajnuna tiegħu permezz ta’ US$3 miljun lejn programm ta’ financial literacy ta’ l-organizzazzjoni,” qal Brian Tortell, Kap tal-Marketing, HSBC Bank Malta p.l.c. “Il-Bank  kien l-ewwel wieħed f’Malta li offra l-għajnuna tiegħu, biex jiżgura li l-istudenti Maltin jkollhom aċċess għall-programmi ta’ SIFE malajr kemm jista` jkun.  L-HSBC għandu impenn qawwi biex jgħin liż-żagħżagħ u jgħin lill-komunitajiet jakkwistaw it-tagħrif u l-kapaċitajiet meħtieġa.  L-isfida ta’ l-istudenti ta’ SIFE hi li jiżviluppaw proġetti outreach fil-komunita` li jgħallmu l-erba` suġġetti edukattivi ta’ SIFE; l-intrapriża, l-ekonomija tas-suq, l-etika fin-negozju u kapaċitajiet għas-suċċess fil-finanzi personali. 

“Is-sena l-oħra, allavolja it-tim Malti kien l-iżgħar u bl-inqas esperjenza, SIFE UMT irnexxielu jiġbed lejh rispett, tifħir u l-ammirazzjoni ta’ kulħadd fil-European Symposium li sar f’Pariġi,” qal l-Onor. Edwin Vassallo, Segretarju Parlamentari Għan-Negozji Żgħar u s-Self Employed. “Riżultati pożittivi bħal dawn jinkoraġixxu aktar studenti biex jieħdu sehem f’inizjattiva bħal din li tippromwovi l-kapaċitajiet u l-motivazzjonijiet li għandhom l-istudenti Maltin, filwaqt li nkunu qed ninkoraġġixxu l-ispirtu ta’ l-intrapriża.

“Huwa importanti li nikkomunikaw ma’ l-istudenti tagħna.  Hemm bżonn li naraw li nkunu qegħdin niftehmu bejnietna biex nassiguraw li jkun hemm komunikazzjoni tajba.  Is-Segretarju Parlamentari għan-Negozji Żgħar u s-Self Employed minn dejjem ħadem mill-qrib ma’ organizazzjonijiet ta’ l-istudenti, u aħna konna qrib ta’ SIFE mill-bidu.  L-għan tagħna hu li nfasslu mod differenti ta’ kif wieħed jaħseb.  Irridu nrawwmu mentalita’ aktar imprenditorjali biex l-istudenti tagħna jagħrfu r-realtajiet tad-dinja tax-xogħol u tan-negozju.  SIFE UMT sejrin tajjeb ħafna, u jiena ċert li ser ikollhom dejjem aktar suċċessi.  Nixtieq nawgura lill-istudenti għall-partecipazzjoni tagħhom fil-European Symposium ta’ din is-sena”, kompla jgħid. 

Aktar tagħrif fuq SIFE jista` tinkiseb mis-sit www.sife.org

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER  The Speaker of the House of Representatives Meets Ambassadors of Guatemala, Lebanon and Vietnam

PR261959en

PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER The Speaker of the House of Rep...

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-ISPEAKER  L-Ispeaker tal-Kamra tad-Deputati jiltaqa’ mal-Ambaxxaturi tal-Guatemala, il-Libanu u l-Vjetnam

PR261959

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-ISPEAKER L-Ispeaker tal-Kamra tad-Deputati jil...

More Press Releases Right arrow