Il-Kumitat Permanenti dwar l-Affarijiet SoĊjali tal-Parlament Malti, fl-ewwel żjara uffiċjali tiegħu barra minn Malta
PR0538
16/04/2007
Illum, il-Kumitat Permanenti dwar l-Affarijiet Soċjali tal-Parlament Malti jibda l-ewwel żjara uffiċjali fl-istorja tiegħu.
Iż-żjara fil-Finlandja tinkludi serje ta´ laqgħat ma’ Kumitati Parlamentarí u entitajiet governattivi, fosthom il-Kumitat dwar l-Affarijiet tal-Futur, il-Kumitat dwar l-Affarijiet Soċjali u tas-Saħħa, il-Kumitat dwar l-Impjiegi u l-Ugwaljanza bejn is-Sessi, u l-Kumitat dwar l-Edukazzjoni u l-Kultura.
Id-delegazzjoni hija mmexxija mill-President tal-Kumitat dwar l-Affarijiet Soċjali l-Onor. Clyde Puli u tinkludi lill-Onor. Carmelo Abela u l-Onor. Frederick Azzopardi.
Din iż-żjara qed issir bil-kollaborazzjoni sħiħa tal-Kunsill Malti għax-Xjenza u t-Teknoloġija.
Other Press Releases:
PR261959en
PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER The Speaker of the House of Rep...
PR261959