FESTA TAL-FRAWLI FL-IMĠARR
Il-Kunsill Lokali Mġarr flimkien mal-Kummisjoni Lejla Mġarrija, bil-kollaborazzjoni tal-Ministeru għall-Affarijiet Rurali u l-Ambjent organizzaw l-ewwel Festa tal-Frawli, fil-pjazza biswit il-knisja ta’ l-Imġarr.
Din attivita' saret fuq inizjattiva tal-Kunsill Lokali bil-għan li tikkumplimenta l-attivita' l-oħra magħrufa bħala Lejla Mġarrija, li ssir kull sena ftit qabel tkun iċċelebrata l-Festa ta' Santa Marija fl-Imġarr. Mijiet ta’ familji attendew għal din l-attivita’ fir-raħal pittoresk ta' l-Imġarr.
Il-Ministru għall-Affarijiet Rurali u l-Ambjent George Pullicino inawgura din il-Festa tal-frawli u qal “li bħalma l-Lejla Mgarrija saret parti mill-kalendarju kulturali u agro-turistiku ta' pajjiżna, hekk ukoll il-Festa tal-frawli għandha titniżżel fil-kalendarju annwali tal-Kunsill Lokali ta’l-Imġarr.”
Il-Ministeru għall-Affarijiet Rurali u l-Ambjent iħeġġeg biex ikun hemm aktar attivitajiet bħal dawn li jqajjmu kuxjenza ikbar dwar l-importanza tal-prodott agrikolu Malti u li jagħmlu ġieħ lil bdiewa Maltin.
Il-Ministru Pulliċino qal semma kif fil-jiem li ġejjin, il-Ministeru għall-affarijiet Rurali u l-Ambjent se jkun qed jappoġġja aktar attivitajiet bħal dawn fosthom il-Festa tar-Rebbiegħa li ser issir fil-5 u 6 ta’ Mejju f’Ta’Qali
Il-"Festa ta' Frawli" fl-Imġarr hi opportunita' biex kull min attenda kellu l-opportunita’ japprezza l-benna ta' l-art Maltija u frott il-bdiewa ħawtiela ta' pajjiżna. Fil-post kien hemm diversi stands fejn fihom diversi bdiewa setgħu ibiegħu l-frawli bnin tagħhom. Barra dan kien hemm tisjir ta’ riċetti magħmulin mill-frawli u anke nformazzjoni edukattiva dwar il-frotta ħelwa ta' kulur ħamrani li hija l-unika frotta li għandha ż-żerriegħa fuq barra minflok fuq ġewwa.
Other Press Releases:
PR261959en
PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER The Speaker of the House of Rep...
PR261959