Il-Ministru ta’ l-Ambjent Ġermaniż għal żjara f’Malta
Il-Ministru Federali ta’ l-Ambjent, Konservazzjoni tan-Natura u Sigurta’ Nukleari tal-Ġermanja, Sigmar Gabriel se jagħmel żjara uffiċjali f’Malta nhar il-Ġimgħa 13 u s-Sibt 14 t’April 2007. Din iż-żjara se ssir wara stedina li saritlu mill-Ministru għall-Affarijiet Rurali u l-Ambjent, George Pullicino.
Matul iż-żjara tiegħu f’Malta, l-Ministru Gabriel u d-delegazzjoni tiegħu se jkollhom laqgħat uffiċjali mal-Ministru George Pullicino u ma’ uffiċċjali mill-Awtorita’ ta’ Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar (MEPA) u l-WasteServ.
Matul iż-żjara tad-delegazzjoni Ġermaniża f’Malta se jkun konkluż il-ftehim ta’ twinning mal-Gvern Ġermaniż fuq ir-responsabbilta’ tal-produttur (producer responsibility).
Barra dan, il-Ministru Gabriel se jkollu laqgħat mal-uffiċċjali tal-Federazzjoni ta’ l-Industrija, taħdidiet mal-EuroMediti – l-Istititut Ewro-Mediterranju għat-Teknoliġija u l-Innovazzjoni, u se jżur il-proġett tad-Dwejra f’Għawdex li qed isir minn ‘Nature Trust’ flimkien mal-Kunsill Lokali ta’ San Lawrenz.
Other Press Releases:
PR261959en
PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER The Speaker of the House of Rep...
PR261959