Maħtur Kummissarju Għoli ta’ Malta għall-Indja
Is-Sur Wilfred Kennely inħatar Kummissarju Għoli ta’ Malta għall-Indja residenti f’Delhi. Din hi l-ewwel darba li Malta se jkollha ambaxxata fl-Indja wara li r-relazzjonijiet diplomatiċi bejn iż-żewġ pajjiżi ġew stabbiliti f’Marzu 1965.
Is-Sur Wilfred Kennely għandu esperjenza fis-settur privat u fis-settur pubbliku. Huwa kien Direttur Ġenerali tal-Federazzjoni ta’ l-Industrji Maltin, kariga li ilu jokkupa minn Jannar ta’ l-2005.
Bejn l-2001 u l-2004 hu kien Kap Eżekuttiv tal-Kunsill Malti għax-Xjenza u Teknoloġija wara li kien għamel sentejn bħala General Manager ta’ Standard Publications Ltd. Huwa ħadem ukoll bħala IT Systems Manager, ma’ l-Allied Newspapers Ltd kif ukoll ma’ Standard Publications Ltd.
Il-Kummissarju Għoli Kennely kien id-delegat ta’ Malta fl-Unjoni tal-Konfederazzjonijiet Nazzjonali Industrjali ta’ l-Ewropa (UNICE). Huwa serva wkoll bħala Chairman tal-Bord tat-Teatru Manoel.
Wilfred Kennely kopra diversi ħatriet importanti oħra fosthom ta’ membru tat-tim strateġiku dwar “Business Technology Network” tal-Malta Enterprise, membru fuq il-Bord tan-National Retail Price Index Advisory Board; membru fuq il-National Employment Relations Board; membru tan-National Guarantee Fund tal-Ministeru ta’ l-Edukazzjoni; u membru fil-Bord tal-EuroMedITI.
Other Press Releases:
PR261959en
PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER The Speaker of the House of Rep...
PR261959