IL-MINISTERU TAL-FINANZI JIĊĦAD LI MEXA B’MOD DISKRIMINATORJU MAL-GWU
B’riferenza għal dak li ġie ppubblikat fil-ġurnal “l-Orizzont” tas-Sibt 31 ta’ Marzu 2007, il-Ministeru tal-Finanzi jiċħad li qatt mexa b'xi mod diskriminatorju fil-konfront tal-GWU.
Il-Ministeru jixtieq jagħmilha ċara li meta saret laqgħa bejn l-istess Ministeru u l-GWU f’April tal-2006, din il-laqgħa kienet saret ftit qabel ma tħabbar li kien ser ikun hemm reviżjoni fil-fringe benefit tax fuq il-house loans għall-impjegati tal-banek. Dak in-nhar, il-GWU kienet infurmat lill-Ministeru li xtaqet tiddiskutu xi proposti fuq ix-share option schemes u fuq ic-childcare għall-ħaddiema tal-banek, u fil-fatt il-Ministeru kien talab lill-istess Union biex tressaq il-proposti tagħha bil-miktub lill-Ministeru għall-kunsiderazzjoni.
Minn dak in-nhar tal-laqgħa sal-lum, il-Ministeru għadu ma rċieva l-ebda proposta bil-miktub mingħand il-GWU. Anzi, meta sar magħruf li l-Ministeru tal-Finanzi kien qed jasal lejn tmiem in-negozjati u diskussjonijiet mal-MUBE dwar ix-share option schemes, talab li ssir laqgħa, mingħajr ma ġew ippreżentati l-ebda proposti. Il-Ministeru għaldaqstant jistenna ftit aktar serjeta’ u maturita’ mil-GWU fuq il-kwistjoni u mhux lest jinqabad bejn żewġ unions li suppost għandhom l-istess għan.
Il-Ministeru tal-Finanzi jfakkar li l-ftehim milħuq fuq ix-share option schemes sar fl-interess tal-ħaddiema kollha, mhux biss tal-banek, imma anke oħrajn li jaħdmu f’kumpaniji oħrajn u li jistgħu jitħajru japplikaw għal dawn it-tip ta’ skemi.
Other Press Releases:
PR261959en
PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER The Speaker of the House of Rep...
PR261959