STQARRIJA KONĠUNTA BEJN IL-MINISTERU GĦALL-AFFARIJIET RURALI U L-AMBJENT, L-ASSOĊJAZZJONI TAL-BDIEWA, IL-FARMERS CENTRAL COOPERATIVES SOCIETY (FCCS) U L-KOPERATTIVA GOZITANO
Laqgħa bejn il-Gvern u r-rappreżentanti kollha tal-bdiewa
Ilum saret laqgħa bejn delegazzjoni mill-Ministeru għall-Affarijiet Rurali u l-Ambjent u rappreżentanti ta’ l-għaqdiet tal-bdiewa. Id-delegazzjoni tal-Gvern kienet immexxija mill-Ministru George Pullicino u mis-Segretarju Parlamentari Frans Agius u kienet tinkludi wkoll l-ogħla uffiċjali mill-Ministeru għall-Affarijiet Rurali u l-Ambjent.
Ir-rappreżentanti tal-bdiewa kienu mill-Assoċjazzjoni tal-Bdiewa, il-Farmers Central Cooperatives Society (FCCS) u l-Koperattiva Gozitano.
Matul il-laqgħa tqajmu numru ta’ punti li fuqhom kien maqbul li jitkomplew diskussjonijiet konġunti bil-għan li jkompli jittejjeb u jissaħħaħ is-settur agrikolu lokali.
Kemm ir-rappreżentanti tal-Gvern kif ukoll ir-rappreżentanti tal-għaqdiet kollha tal-bdiewa urew sodisfazzjon għal-laqgħa tal-lum li hija ta’ awgurju tajjeb għal aktar koperazzjoni u kollaborazzjoni fix-xhur li ġejjin.
Other Press Releases:
PR261959en
PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER The Speaker of the House of Rep...
PR261959