Left arrow Go Back

Ċelebrazzjonijiet b’sinifikat doppju

PR0464
Date Icon 29/03/2007

Fiċ-Ċentru tal-Għaqda Festi Esterni Santissima Trinità Marsa, qed tittella’ għall-ħames sena, Wirja tal-Passjoni bit-tema “It-Twaqqif ta’ l-Ewkaristija”. 

Din il-wirja, li kull sena tingħata dehra ġdida, tibqa’ miftuħa  sas-6 ta’ April. Il-ħinijiet tal-ftuħ ikunu bejn is-6.00 p.m. sad-9.00 p.m. fost il-ġimgħa; mill-10.00 a.m.  sa nofsinhar u mis-6.00 p.m. sat-8.30 p.m. f’Ħadd il-Palm; mis-6.00 p.m. sal-10.30 p.m. f’Ħamis ix-Xirka u mid-8.00 a.m. sa  nofsinhar fil-Ġimgħa l-Kbira.

Il-Ministru għat-Turiżmu u Kultura Francis Zammit Dimech, meta inawgura din il-wirja, qal li kull sena ikun qed jistenna bil-ħerqa dawn l-avvenimenti għaliex fihom jammira t-talent, l-arti u d-dedikazzjoni ta’ tant nies, fosthom tant żgħażagħ, li bejniethom itellgħu wirja hekk impressjonanti u li tiġbed lejha numru kbir ta’ nies. 

Il-Ministru Zammit Dimech qal li l-festi tal-Ġimgħa Mqaddsa kellhom sinifikat doppju: sinifikat reliġjuż u sinifikat tradizzjonali u kulturali. 

Il-Ministru għat-Turiżmu u Kultura qal li filwaqt li s-sinifikat reliġjuż tal-Ġimgħa Mqaddsa jibqa’s-sinifikat l-aktar importanti għalina l-Insara, għaliex ifakkarna fil-Passjoni, il-Mewt u l-Qawmien mill-Mewt ta’ Sidna Ġesù Kristu u fit-Twaqqif ta’ l-Ewkaristija, is-sinifikat kulturali u tradizjonali kien ukoll importanti. F’pajjiżna l-Ġimgħa Mqaddsa ġġib magħha purċissjonijiet b’vari mill-isbaħ u b’kostumi ta’ l-epoka, pageants, wirjiet ta’ kull tip u għamla. Hu qal li f’dawn l-aħħar snin dawn il-wirjiet żdiedu u qegħdin ikunu dejjem aktar professjonali u artistiċi. 

Il-Ministru Zammut Dimech qal li ma setax ma jammirax il-ħidma kbira li jagħmlu ż-żgħażagħ li f’dawn il-jiem iħallu warajhom kull attivita’ oħra biex jiddedikaw il-ħin liberu tagħhom għal wirjiet hekk sbieħ. 

Il-Ministru għat-Turiżmu u Kultura qal li f’pajjiżna qed jitkattar ukoll it-turiżmu reliġjuż. Hu qal li ma kellux dubbju li l-attivitajiet tal-Ġimgħa Mqaddsa kienu jattiraw lejhom l-eluf ta’ turisti li jkunu f’pajjiżna għall-vaganzi tal-Għid. 

Il-Ministru Zammit Dimech ħa l-okkażjoni biex feraħ lill-organizzaturi tal-wirja u biex xtaq lilhom u lill-Maltin u l-Għawdxin  kollha l-Għid it-Tajjeb.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER  The Speaker of the House of Representatives Meets Ambassadors of Guatemala, Lebanon and Vietnam

PR261959en

PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER The Speaker of the House of Rep...

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-ISPEAKER  L-Ispeaker tal-Kamra tad-Deputati jiltaqa’ mal-Ambaxxaturi tal-Guatemala, il-Libanu u l-Vjetnam

PR261959

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-ISPEAKER L-Ispeaker tal-Kamra tad-Deputati jil...

More Press Releases Right arrow