Left arrow Go Back

IL-PALAZZ TA’ SAN ANTON GĦAL WIRI – IL-ĦADD, 15 TA’ APRIL

PR0463
Date Icon 29/03/2007

Il-President u s-Sinjura Fenech Adami jistiednu lill-pubbliku jżur il-Palazz ta’ San Anton, Ħ’ Attard u ukoll il-ġnien privat ta’ din ir-residenza uffiċjali tal-President ta’ Malta, nhar il-Ħadd 15 ta’ April, 2007 mid-9.30 ta’ filgħodu sas-6.00 ta’ filgħaxija.

Artisti lokali ser jkunu fil-ġnien privat ipittru xeni tal-Palazz. Barra minn hekk, ser ikun hemm ukoll pitturi oħra tal-Palazz magħmula mill-istess artisti. Dawn il-pitturi kollha ser ikunu jistgħu jinxtraw dakinhar u kwart mid-dħul jmur għal Malta Community Chest Fund, il-fond li jgħin lil min ikollu bżonnijiet bażiċi fil-ħajja ta’ kuljum, persuni li jakkumpanjaw pazjenti għall-kura medika barra minn Malta u pazjenti li jkollhom bżonn jixtru mediċini li jqumu l-flus.

Dawk interessati jistgħu jaraw il-pitturi fuq il-website tad-Dipartiment ta’ l-Informazzjoni www.doi.gov.mt minn nhar it-Tlieta, 3 ta’ April.

Kull min jixtieq iżur il-Palazz ser jkun mitlub jagħti donazzjoni ta’ Lm1.50 (€3.49) lill-Malta Community Chest Fund.

Minn nhar it-Tlieta, 3 ta’ April, 2007  jista’ jsir il-ħlas on line minn fuq il-website tal-Heritage Malta www.heritagemalta.org  jew  mill-Head Office tal-Heritage Malta fi Triq Merkanti, il-Belt Valletta (ftit l-isfel mis-suq kif tiskorri l-Knisja tal-Ġiswiti). Tfal akkumpanjat minn adulti jidħlu b’xejn. Iktar taghrif dwar il-biljetti jista’ jinkiseb fuq in-numru tat-telefon 22954000.

Il-Palazz kellu l-bidu tiegħu meta l-Kavallier Franċiż Fra Antoine de Paule xtara bicca art viċin il-villaġġ ta’ Ħ’Attard u ppjana li fuqha jibni villa mdaqqsa sew li tipprovdi akkomodazzjoni għal numru ta’ djar fejn mistiedna tiegħu setgħu jogħqodu għal xi żmien kif ukoll għall-istaff domestiku. Il-Gran Mastru de Paule fl-1623 iddeċieda li jkabbar il-villa f’Palazz bl-isem ta’ San Anton, għall-qaddis patrun tiegħu.

Il-Gran Mastri li ġew wara de Paule baqgħu jużaw il-Palazz bħala r-residenza tagħhom fil-kampanja. Fi żmien l-Ingliżi kien jintuża bħala r-residenza tal-Gvernaturi u wara l-Indipendenza bħala dik uffiċjali tal-President ta’ Malta.

Aktar dettalji fil-qosor jingħataw fuq fuljett li ser jitqassam meta wieħed jkun dieħel il-Palazz ta’ San Anton, Attard.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER  The Speaker of the House of Representatives Meets Ambassadors of Guatemala, Lebanon and Vietnam

PR261959en

PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER The Speaker of the House of Rep...

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-ISPEAKER  L-Ispeaker tal-Kamra tad-Deputati jiltaqa’ mal-Ambaxxaturi tal-Guatemala, il-Libanu u l-Vjetnam

PR261959

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-ISPEAKER L-Ispeaker tal-Kamra tad-Deputati jil...

More Press Releases Right arrow