Il-Ministru Frendo f’laqgħa fi Bremen, il-Ġermanja
Il-Ministru għall-Affarijiet Barranin, Michael Frendo jinsab fi Bremen, il-Ġermanja għal laqgħa informali tal-Ministri ta’ l-Affarijiet Barranin ta’ l-Unjoni Ewropea.
Matul din il-laqgħa, li ddum jumejn, il-Ministri mistennija jiddiskutu diversi temi importanti fosthom: il-European Neighbourhood Policy; il-Proċess ta’ Paċi fil-Lvant Nofsani u temi oħra.
Barra minn hekk huma se jassistu wkoll għar-rappreżentazzjoni “Europa Kinderland” bil-parteċipazzjoni ta’ tfal mis-27 pajjiż membru ta’ l-Unjoni Ewropea, fl-okkażjoni tal-50 anniversarju mill-iffirmar tat-Trattat ta’ Ruma.
Din il-laqgħa ssir kull sitt xhur fil-pajjiż li f’dak il-perjodu jkollu l-Presidenza ta’ l-Unjoni Ewropea, f’dan il-każ il-Ġermanja. Il-Ministru Frendo jirritorna Malta is-Sibt filgħaxija.
Other Press Releases:
PR261959en
PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER The Speaker of the House of Rep...
PR261959