L-ISTUDJU XJENTIFIKU DWAR IL-MIGRAZZJONI TAL-GAMIEM U S-SUMMIEN FUQ IL-GŻEJJER MALTIN
Il-Ministeru għall-Affarijiet Rurali u l-Ambjent jirreferi għall-istqarrija maħruġa llum mill-Birdlife Malta.
Il-Ministeru jinnota kif il-Birdlife qed tikkritika l-fatt li rappreżentanti tagħha qed ikunu mistiedna biex jipparteċipaw fil-proċess tal-ġbir ta’ informazzjoni li fuqha se jkun ibbażat l-istudju xjentifiku dwar il-migrazzjoni tal-gamiem u s-summien fuq il-gżejjer Maltin. Il-Ministeru ma jistax ma jinnotax il-fatt li f’mument minnhom il-Birdlife timplika li l-Gvern diġa jaf x’se jkunu l-konklużjonijiet tar-rapport u fl-istess nifs tikkritika l-offerta tal-Gvern lill-istess Birdlife biex tieħu sehem fit-tfassil tar-rapport u li b’hekk tkun involuta mill-qrib fl-istudju.
Il-Ministeru jinnota wkoll ir-riferenza li Birdlife jagħmlu għal kwotazzjoni tal-Ministru Pullicino dwar il-metodoloġija. Il-Birdlife hija mistiedna li tirreferi għall-ħarġa ta’ The Times tat-23 ta’ Marzu 2007 fejn il-ġurnalist jagħti kjarifika ta’ dak li qal il-Ministru Pullicino. Fl-ebda ħin il-Ministru Pullicino ma qal li l-Kumitat Ornis qabel fuq il-metodoloġija. Dak il-kumment kien biss żball li l-ġurnalist ikkjarifika fil-ħarġa tal-ġurnal tat-23 ta’ Marzu 2007.
Il-Ministeru jinnota wkoll li l-Birdlife għażlet li toħroġ tikkritika pjanijiet li għadhom preliminari u li għad iridu jkunu diskussi u finalizzati ma’ min se jagħmel l-istudju. Il-Birdlife għażlet ukoll li tattakka l-kredenzjali ta’ min se jagħmel l-istudju pero ma qisietx li l-persuna li ġiet avviċinata mill-Gvern Malti diġa għamlet studji simili għal Stati Membri oħra ta’ l-Unjoni Ewropea.
Sfortunatament, il-Gvern għal darb’oħra huwa ffaċċjat minn pożizzjonijiet li mhumiex qed ikunu koerenti. Filwaqt li sa’ ftit ilu l-akbar kritika li kellu jiffaċċja l-Gvern kienet li għadu ma lestiex l-istudju, issa li ttieħdu passi konkreti biex dan l-istudju jsir, il-Gvern qed ikun kritikat għax irid jinvolvi mill-qrib lill-partijiet konċernati kollha.Other Press Releases:
PR261959en
PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER The Speaker of the House of Rep...
PR261959