Left arrow Go Back

Wara l-istedina ta’ Monsinjur Arċisqof … GĦAJNUNA LIŻ-ŻGĦAŻAGĦ BIEX JIEĦDU SEHEM FIL-JUM DINJI TAŻ- ŻGĦAŻAGĦ FL-AWSTRALJA

PR0446
Date Icon 28/03/2007

Il-Gvern ser jgħin finanzjarjament numru ta’ żgħażagħ biex f’Lulju tas-sena d-dieħla (2008)  jakkumpanjaw lill-E.T. Mons. Arċisqof Pawlu Cremona fiż-żjara tiegħu f’Melbourne u f’Sydney fl-Awstralja  biex jipparteċipaw fl-attivitajiet tal-Jum Dinji taż-Żgħażagħ li ser ikunu preseduti mill-Q.T. il-Papa Benedittu XVI.

Il-Ministru ta’ l-Edukazzjoni, Żgħażagħ u Xogħol, Louis Galea, qal li huwa segwa bil-ferħ l-istedina ta’ l-Arċisqof Pawlu Cremona biex żgħażagħ Maltin u Għawdxin jingħaqdu miegħu fl-Awstralja għaċ-ċelebrazzjoni tal-Jum Dinji taż-Żgħażagħ.

F’dan l-istadju l-Ministru Galea, bi ftehim mal-Prim Ministru u Ministru tal-Finanzi, Lawrence Gonzi, qed jalloka s-somma ta’ Lm5,000 (€11,646) biex numru ndaqs ta’ ġuvintur u tfajliet, inkluż ġuvni u tfajla bi bżonnijiet speċjali, jingħataw għajnuna għall-ispejjez ta’ vjaġġar bl-ajru biex ikunu jistgħu jilqgħu l-istedina ta’ Monsinjur Arċisqof u, flimkien ma’ żgħażagħ mid-dinja kollha, jingħaqdu mal-Papa fiċ-ċelebrazzjoni tal-Jum Dinji taż-Żgħażagħ.

It-Taqsima Żgħażagħ fi ħdan il-Ministeru ser tieħu ħsieb l-arranġamenti u l-proċedura meħtieġa biex tiġi amministrata din l-għajnuna liż-żgħażagħ.

F’din l-inizjattiva ser jieħdu sehem il-Kunsill Nazzjonali taż-Żgħażagħ u l-Kummissjoni Djoċesana taż-Żgħażagħ, li bdew tħejjijiet ħalli sa fejn hu possibbli, ż-żgħażagħ ikunu akkomdati fl-Awstralja ma’ familji Maltin.

Aktar dettalji jitħabbru aktar tard mit-Taqsima Żgħażagħ tal-Ministeru.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER  The Speaker of the House of Representatives Meets Ambassadors of Guatemala, Lebanon and Vietnam

PR261959en

PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER The Speaker of the House of Rep...

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-ISPEAKER  L-Ispeaker tal-Kamra tad-Deputati jiltaqa’ mal-Ambaxxaturi tal-Guatemala, il-Libanu u l-Vjetnam

PR261959

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-ISPEAKER L-Ispeaker tal-Kamra tad-Deputati jil...

More Press Releases Right arrow