Il-Viċi Prim Ministru jtemm iż-żjara tiegħu fl-Awstralja
Il-Viċi Prim Ministru u Ministru tal-Ġustizzja u l-Intern, l-Onor. Tonio Borg temm iż-żjara tiegħu fl-Awstralja b`diversi laqgħat mal-komunitajiet Maltin f’Sydney. Dawn kienu jinkludu laqgħa mal-Past Pupils Salesjani fid-dar tal-MSSP fiċ-ċentru ta` Sydney, fejn attenda ukoll għal quddiesa ċelebrata minn Fr Tarcisio Micallef MSSP, żjara fil-La Valette Social Centre ta’ Blacktown, u żjara oħra fil-Hamrun Club f`Marsden Park, fil-qalba tal-lokalitijiet fejn jgħixu l-iktar il-Maltin. Huwa zar ukoll id-Dar ta` l-Anzjani St Dominic`s Hostel fi Blacktown li titmexxa mis-sorijiet Duminkani fejn ġie milqugħ mill-Prof. Stephen Gatt u Sister Olivia.
F`dawn il-laqgħat il-Viċi Prim Ministru Tonio Borg kellu taħditiet mal-Kunsill tal-Komunitajiet Maltin ta` New South Wales, ippreseduta minn Charles Mifsud. Il-Kunsill pubblikament irringrazzja lill-Ministru u lill-Gvern għar-riformi dwar iċ-ċittadinanza tat-tieni ġenerazzjoni ta` Maltin imwielda barra minn Malta.
Il-Viċi Prim Ministru ġie intervistat ukoll minn Antoine Said Pullicino għal SBN Radio dwar dawn ir-riformi, kif ukoll mill-gazzetta tal-Maltin fl-Awstralja The Maltese Herald. Din il-gazzetta, li l-editur taghha huwa Lino Vella u l-korrispondent Lawrence Dimech, tat prominenza liż-żjara tal-Viċi Prim Ministru fl-Awstralja.
F`Pender Hill, fejn il-komunita’ Maltija hija numeruża, il-Viċi Prim Ministru, flimkien mas-Sindku ta’ Holroyd City, John Brodie qiegħdu kuruna tal-fjuri fuq il-monument ta` l-emigranti Maltin.
Il-Viċi Prim Ministru żar ukoll l-Iskola tal-Lingwa Maltija f`Seven Hills fejn assista għal-lezzjonijiet tal-Malti u ippreżenta għadd ta’ kotba u CDs għat-taghlim tal-lingwa Maltija lill-iskola.
Other Press Releases:
PR261959en
PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER The Speaker of the House of Rep...
PR261959