Il-PRIM MINISTRU JATTENDI GĦAL-LAQGĦA TAL-KAPIJIET TAL-GVERNIJIET TA’ L-UNJONI EWROPEA FL-OKKAŻJONI TAL-50 ANNIVERSARJU MIT-TRATTATI TA’ RUMA
Il-Prim Ministru, l-Onor Lawrence Gonzi, illum ħalla Malta għal Berlin fejn se jipparteċipa fil-Laqgħa tal-Kapijiet tal-Gvernijiet ta’ l-Unjoni Ewropea fl-okkażjoni tal-50 anniversarju mit-Trattati ta’ Ruma. Il-Prim Ministru mistenni wkoll jiltaqa’ mal-komunita’ Maltija f’Berlin u Brandenburg.
Il-Prim Ministru se jkun akkumpanjat mis-Sinjura Gonzi, ir-Rappreżentant Permanenti ta’ Malta għall-Unjoni Ewropea, Richard Cachia Caruana, l-Ambaxxatur ta’ Malta għall-Ġermanja, John Paul Grech, is-Segretarju Personali tal-Prim Ministru, Remigio Bartolo, u s-Segretarja Permanenti fil-Ministeru għall-Affarijiet Barranin, Cecilia Attard Pirotta.
Il-Prim Ministru huwa mistenni lura Malta nhar il-Ħadd 25 ta’ Marzu
Other Press Releases:
PR261959en
PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER The Speaker of the House of Rep...
PR261959