Left arrow Go Back

Malta tieħu sehem f’wirja kulturali

PR0421
Date Icon 23/03/2007

Fuq invit tal-President tar-Repubblika Taljana, Giorgio Napolitano, il-Ministru għat-Turiżmu u Kultura ta' Malta, Francis Zammit Dimech, dalgħodu attenda għall-inawgurazzjoni ta' wirja bl-isem 'Capolavori dell'arte europea' li qed tinżamm fil-Palazz Presidenzjali ta' l-Italja - il-Palazzo del Quirinale. 

Din il-wirja qed issir bħala parti miċ-ċelebrazzjonijiet fl-Unjoni Ewropea fl-okkażjoni tal-50 anniversarju mill-iffirmar tat-Trattat ta' Ruma. 

Il-pajjiżi membri fl-Unjoni Ewropea kienu mitluba jibgħatu xogħol ta' l-arti jew tal-wirt kulturali biex ikunu rappreżentati f'din il-wirja. Fil-każ ta' Malta, permezz ta' Heritage Malta, intbagħtet il-'Fat Lady' u f'Ruma din kienet esibita taħt l-isem 'Madre Terra'.  Din l-istatwetta taf l-oriġini tagħha f'Ħaġar Qim u għalhekk tappartjeni għat-Tielet Millenju Qabel Kristu. 

L-esibit ta' Malta kien l-eqdem fil-wirja kulturali f'Ruma u għalhekk ingħata attenzjoni speċjali kemm mill-kritiċi ta' l-arti f'konferenza stampa li saret il-bieraħ kif ukoll fi programmi oħra li saru fuq dawn iċ-ċelebrazzjonijiet minn stazzjonijiet televiżivi Taljani. 

Meta l-President Taljan beda jdur il-wirja, il-kummentarju li kien kien qed isir emfasizza li l-vjaġġ jitlaq minn Malta, għax l-esibiti jinsabu f'ordni kronoloġika. Malta hi wkoll l-ewwel pajjiż indikat fil-katalogu tal-wirja li kien stampat għall-okkazjoni.  Fil-fatt, l-eqdem oġġett esibit wara dak ta' Malta huma madwar elfejn sena "iżgħar" għax huwa l-istatwa 'Kore' li saret madwar is-sena 530 QK u li hi esibita mill-Greċja. 

Il-Ministru Zammit Dimech esprima is-sodisfazzjon tiegħu ghall-attenzjoni kbira li ngħatat Malta fl-okkażjoni ta' din il-wirja. Huwa osserva li bil-ħidma proattiva ta' l-aġenzija nazzjonali favur il-wirt kulturali fi ħdan il-Ministeru għat-Turiżmu u Kultura, Heritage Malta, Malta qed tafferma l-kalibru għoli tal-wirt kulturali li nirrappreżentaw bħala pajjiż, u dan iservi wkoll biex nibnu n-niċċa tat-turiżmu kulturali li huwa ta' għajnuna kbira favur pajjiżna. 

Preżenti ghall-inawgurazzjoni ta' dalgħodu kien hemm ukoll l-Ispeaker tal-Kamra tad-Deputati, Anton Tabone, il-President tal-Kumitat għall-Affarijiet Barranin tal-Parlament Malti, Jason Azzopardi, u l-Ambaxxatur Malti f'Ruma, Walter Balzan.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER  The Speaker of the House of Representatives Meets Ambassadors of Guatemala, Lebanon and Vietnam

PR261959en

PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER The Speaker of the House of Rep...

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-ISPEAKER  L-Ispeaker tal-Kamra tad-Deputati jiltaqa’ mal-Ambaxxaturi tal-Guatemala, il-Libanu u l-Vjetnam

PR261959

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-ISPEAKER L-Ispeaker tal-Kamra tad-Deputati jil...

More Press Releases Right arrow