Left arrow Go Back

Stqarrija konĠunta bejn  l-UffiĊĊju tal-Prim Ministru u l-Malta Union of Midwives and Nurses

PR0414
Date Icon 22/03/2007

Illum wara nofsinhar saret laqgħa bejn l-Uffiċċju tal-Prim Ministru u l-Kunsill tal-Malta Union of Midwives and Nurses fejn ġew diskussi numru ta’ talbiet tal-Union.

Matul din il-laqgħa kordjali ġie reġistrat progress fuq diversi talbiet imressqa mill-Union bil-għan li jitjieb is-servizz tas-saħħa ġewwa pajjiżna kif ukoll il-kundizzjonijiet ta’ xogħol tal-infermiera u l-qwiebel.

Iż-żewġ partijiet qablu fuq diversi prinċipji fosthom ir-rikonoxximent tal-professjoni tal-infermiera permezz tal-għoti ta’ warrant, il-kunċett ta’ għarfien ta’ kontinwita` ta’ servizz fil-professjoni (bridging), apprezzament tan-natura tax-xogħol tal-infermiera u l-qwiebel li jista’ jenħtieġ adattamenti partikolari u inċentivi biex il-korsijiet tan-‘nursing’ u l-‘midwifery’ ikunu aktar attraenti. 

Intlaħaq qbil li ż-żewġ partijiet jikkonkludu l-punti tekniċi; b’hekk dawn il-prinċipji jiġu mplementati matul il-ġimgħat li ġejjin.

Intlaħaq ukoll qbil li jittieħdu miżuri malajr sabiex il-ħtieġa ta’ ‘supporting’ u ‘clerical staff’ tiġi indirizzata u dawn jibdew jagħtu s-servizzi tagħhom fl-isptarjiet tagħna.

Iż-żewġ partijiet jaqblu li l-ftuħ tal-Isptar Mater Dei ser iwassal għall-qabza fil-kwalita` tas-servizzi tas-saħħa f’pajjiżna.  Għalhekk intrabtu li jikkollaboraw izjed flimkien sabiex il-kura mogħtija lill-pazjenti tagħna tkun tal-ogħla livell.

Il-Prim Ministru irringrazzja lill-Kunsill tal-Union għax-xoghol u s-serjeta` tagħhom, b’mod partikolari lill-President Rudolph Cini li ser itemm il-kariga tiegħu fl-aħħar ta’ dan ix-xahar. Huwa awgura lill-Kunsill li ser ikun elett fi ftit jiem oħra jkompli bil-ħidma tiegħu b’risq l-izvilupp tas-servizzi tas-saħħa f’pajjiżna.
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER  The Speaker of the House of Representatives Meets Ambassadors of Guatemala, Lebanon and Vietnam

PR261959en

PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER The Speaker of the House of Rep...

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-ISPEAKER  L-Ispeaker tal-Kamra tad-Deputati jiltaqa’ mal-Ambaxxaturi tal-Guatemala, il-Libanu u l-Vjetnam

PR261959

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-ISPEAKER L-Ispeaker tal-Kamra tad-Deputati jil...

More Press Releases Right arrow